Żabbar

Ftuħ Tal-Qasam

Tliet soċji mill-Qasam ta' Bormla, Carmena Grech, Francesca Spagnol u Dolor Zammit ingħaqdu ma' l-ewlenin membri ta' Ħaż-Żabbar biex jgħinu fil-ħidma tal-Qasam u fil-ftuħ uffiċċjali tiegħu li seħħ fit-13 ta' Novembru 1932. L-ewwel dar li serviet bħala Qasam kienet nru 6, Triq Bajada. Fis-16 ta’ Ġunju 1980 il-qasam ġie trasferit f'numru 20 Bajada Street Zabbar. Illum in-numru inbidel u ġie 15.

Superjuri

  • Lukarda Caruana 1932 - 1934
  • Carmela Gerada 1934 - 1947
  • Guizeppa Schembri 1947 - 1947
  • Carmela Gerada 1947
  • Jessie Pace 1958 - 1974
  • Natalina Meli 1974 - 1987
  • Mary Mifsud 1987 - 1989
  • Donia Baldacchino 1989 - 1994
  • Katie Xuereb 1994 - 1997
  • Joyce Mintoff 1997 - 1999
  • Donia Baldacchino 1999 - 2001
  • Connie Farrugia 2001...

Soċi Li Ħallew Impatt Fil-Qasam

  • Sup. Carmena Gerada
    Dejjem bi tbissima għalkemm kellha l-mard. Fil-gwerra dejjem baqgħet tgħallem id-duttrina fix-xelter. Wara kull programm li kien ikollhom fl-assenjatur dejjem kienet tixtrilhom xi ħaġa tajba biex jaqsmuha flimkien.
  • Giovanna Meli
    Kienet mill-ewwel soċi li bdiet il-filmini biex jintużaw fl-Oqsma. Kienet soċja ta' sagrifiċċju.
  • Dolor Zammit
    Kienet tagħti ħafna importanza t-talba tal-Arloġġ Museumin speċjalment fil-ħin li jkunu fil-qasam.
  • Frangeska Spangol
    Kienet baqgħet tgħallem id-duttrina bil-mod sempliċi tagħha sa wara li kienet għalqet it-tmenin sena.
  • Carmela Grech
    Il-Fundatur kien immur ta' spiss għand il-familjari tagħha. Kienet ta' sagrifiċċju kbir.
  • Angela Buhagiar
    Dejjem bi tbissima fuqha u bis-sempliċita' tagħha kienet tħobb ħafna il-kant li jerfagħha lejn Alla. Kienet ta' eżempju kbir għas-soċji speċjalment bir-rassenjazzjoni tagħha fil-mard.
  • Katarina Lia
    Servjenta tad-Dommatika u kienet tieħu ħsieb il-laqgħat tar-responsorju. Kienet tagħmel il-qagħdat u s-sajdat. Kienet iddedikata u tagħmel kull sagrifiċċju għal-klassi tal-magħzulin u l-aspiranti. Mietet l-America fejn kienet tgħix mal-familja tagħha.
  • Mary Mifsud
    Kienet ta' ezempju kbir għas-soċji tal-qasam. Għinet ħafna biex ikompli jinbena il-Museum ta' Ħaż-Żabbar kif nafuh illum. Ħadmet ħafna fil-missjoni tas-Sudan u l-Awstralia.
  • Joyce Mintoff
    Bniedma ġeneruza ħafna u dejjem tara x'tista' tagħmel biex tferraħ kemm lit-tfal u anke lis-soċi.

Dun Ġorġ U L-Kuntatt Tiegħu Mal-Qasam

  • Is-Superjura Carmena Gerada tirrakonta li oħtha l-kbira , li kienet marida, ma ridithiex tmur il-Museum, li f’dak iz-zmien kien għadu jibda f’Ħaż-Żabbar. Hija tiftakar kif darba waħda, sa marret soċja għaliha d-dar u oħtha xorta ma ħallithiex tmur. Dak il-lejl ħolmot li kienet ġo karma fil-Museum qalb ħafna soċji lebsin l-iswed u fin-nofs rat lil Dun Ġorġ bil-qegħda fuq mejda. F’ħin minnhom, Dun Ġorġ sejħilha u taha salib. Għalkemm qatt ma kienet ratu lil Dun Ġorġ, meta kellha iċ-ċans li tarah għall-ewwel darba, kien eżatt kif ratu fil-
    ħolma. Meta rrakkontat il-ħolma lill-oħtha , din qaltilha, “Daz-zgur, is-salib huwa jien, għax ma nħallikx tmur Museum.”  Wara dak il-lejl, damet tlett ijiem tisma’ ‘l min jgħidilha, “Ejja, Ejja.” Il-Ħadd ta’ wara iddeċiediet li tmur ftit biex tara x’inhuma jagħmlu. Marret u sabithom jgħidu is-sentenzi. Wara nofs in-nhar reġgħet marret.  L-għada oħtha ma ħalliethiex tmur. Quddiemhom inzerta kien hemm is-Superjura Ġenerali – Ġiovanna Cutajar, il-Museum. Din bagħtet it-tfal għandha id-dar u oħtha kellha tħallieha tmur. Meta rat li kienet imgerrfxa is-Superjura Ġenerali qaltilha, “Mela kuċina illum?”  u Carmen spjegatilha li kellha oħtha marida d-dar u li ma kienetx tħalliha tmur. Is-Superjura Ġenerali qaltilha biex tagħmel mezz, imqarr tiġi kwarta biss.

    L-għada reġgħet staqsietha u oħtha reġgħet ħallietha.  Damet tlett ijiem tmur, imbagħad oħtha reġgħet għamlet xenata u ma ridithiex tmur. L-għada oħtha ħassa ħazin u għamlet tlett ijiem marida.  F’dawk il-ġranet kien hemm laqgħa ta’ Dun Ġorġ u bagħtu t-tfal għaliha. Qalet lit-tfal li ma setgħex tmur minħabba oħtha.  Waħda mis-soċi Dolores Zammit, qalet lil Dun Ġorġ b’dan, u hu qalilha, “Agħtija xebgħa nerv u għidilha tqum minn hemm, għax m’għandha xejn” u l-għada oħtha kienet fieqet minn kollox.

    Minn dak iz-zmien bdiet tħalliha tmur il-Museum għax “hemm hi l-Volonta t’Alla la fejjaqni”  Is-Superjura Ġerada tiftakar li qatt ma kienet reġgħet mardet oħtha.

    Hija u sejra l-Museum kienet titlob lill-anglu kustodju li ma jiġrilha xejn oħtha waqt li hi tkun il-Museum. Minn dak iż-żmien baqgħet tmur regolarment il-Museum.
  • Dun Ġorġ ġie ħafna drabi il-Museum. Darba kienu qed jagħmlu l-Assenjatur fuq il-bejt u semgħuh tiela t-taraġ. Qalilhom biex jibqgħu hemm u qagħad jagħmlilhom taħdita.

  • Darb’oħra ġie għall-għarrieda u għamlilhom priedka. Wara qalilha biex iġġib xi ħaġa ħalli jtellgħhielhom. Hi ġabet labtu u tela’ n-numru 7 u rebħitu Maria Buttiġieġ, li dak iz-zmien kienet għadha kemm daħlet il-Museum.

  • Darba oħra ġie u waqt li kien qed jagħmlilhom id-diskors, jisimgħu ħoss ta’ daqqa ta’ ponn fuq il-mejda. Dun Gorg qalilhom, “Tibzgħux dan dak li jobgħodna”  Wara dan, dam ħafna ma jiġi fil-qasam Dun Gorg. Is-soċji l-oħra kienu jgħidulha biex tfakkru.  Hi qaltlu darba iżda ma kinietx trid tissikkah. Lis-soċji kienet qaltilhom li jiġi meta tkun il-volontà t’Alla. Ftit jiem wara jisimgħu karozzin barra.  Kien Dun Ġorġ.  Hi niżżlet tiġri biex tilqgħu u malli fetaħ, niżżlet għarkubtejha biex iberikha.  Dun Ġorġ qalilha, “Taf għalfejn ġejt? Għax int kont irrassenjata”  Hi baqgħet mistaġba għax ħadd ma kien qallu x’kienet qaltilhom lis-soċji.

  • Darba dam il-Museum Dun Ġorġ u ħadu lura ħu waħda mis-soċji, Emmanuel Barun.  Meta reġgħet talbitu biex jiġi, Dun Ġorġ qalilha biex tibgħat lil xi ħadd għalih, u hi reġgħet bagħtet lill-istess Emmanuel Barun. Dan ir-raġel ħa pjaċir ħafna jitkellem ma Dun Ġorġ u dik il-ħabta dan kellu idu fil-ġibs u Dun Ġorġ messielu u l-għada neħħa l-ġibs.

  • Fl-aħħar tal-gwerra is-Superjura Carmena ma kienetx qed tmur il-Museum għax kienet marida, kellha qisu breakdown.  Darba kien hemm laqgħa ta’ Dun Ġorġ u s-Superjura Ġenerali qaltilha biex tmur u hi marret. Wara Dun Ġorġ  sejħilha, kien qed jieħu kafe’ u taha ftit minn tiegħu, u għamlilha salib fuq moħħha.  L-għada kien għaddielha kollox u reġgħet bdiet tmur il-Museum.

  • Fl-1938 Dun Ġorġ attenda fil-qasam li dak iz-zmien kien ghadu f'6, Bajada Street, Żabbar. Dak in-nhar Dun Ġorġ ta donazzjoni ta' LM1 lis-Superjura Carmena Ġerada quddiem l-inkwadru ta' San Ġuzepp li għadu fl-intrata  sal-lum u qalilha li mhux se jkun hemm bżonn ta' flus għall-Kera tal-post aktar.  Minn dak in-nhar il-ħlas tal-kera kompla tul is-snin b'ġenerozita' kbira mill-benefatturi.  Il-Kera kienet ta' LM 12 fis-sena..

Ġranet U Ħinijiet Tat-Tagħlim Tal-Katekiżmu

  • Mill-Kinder sa Year 6
    L- Erbgħa u l-Ġimgħa mill-5.15pm sas-6.00pm
  • Tfajliet tal-Formazzjoni
    Kuljum fis-6.00pm

Attivitajiet Ġenerali Li Jsiru Matul Is-Sena

  • Laqgħat għall-ġenituri tal-Ewwel Tqarbina, Griżma 1, 2, 3 li jsiru fil-parroċċa imma minn membri tal-Museum tal-Bniet.
  • Laqgħat għall-ġenituri tat-tfajliet ta' formazzjoni.
  • Adorazzjoni darba fis-sena fl-okkazzjoni ta' Jum l-Omm u l-Missier

Informazzjoni Biex Tikkuntatjana

Indirizz:
MUSEUM BNIET,
Verbum Dei Caro Factum Est
15, Bajada Street,
Żabbar Malta

Tel: (+356) 21823084
Email:
mint@onvol.net