Sliema/Gżira - Qasam Nru 6

Fl-1912, il-Kappillan Dun Vincenzo Manche' ta' l-permess biex jinfetaħ Qasam tas-Sezzjoni Femminili f'Tas-Sliema. Dan seħħ fil-15 ta' Awissu 1912. Is-superjura Vinċenza Cataldo kienet delegata biex tmexxi dan il-Qasam. Fil-bidu kien hemm 11-il membra li minn dawn 7 inkorporaw fl-24 ta' Ġunju 1914. Dan il-Qasam kien f'numru 25 Triq Sta Agata Sliema. Soċji oħra inkorporaw fl-24 ta' Ġunju 1920 u f'Diċembru 1923. Fl-Inkorporazzjoni ta' Ġunju 1924, sitta mill-inkorporandi kienu minn dan il-Qasam. Fl-1933, kien hemm 18-il soċja u 5 kandidati. Fl-1930, fuq talba tal-Kappillan Dun Anton Manche' u minħabba ż-żieda fin-numru tat-tfal infetħet fergħa għat-tagħlim tad-duttrina fid-dar nru. 2 Triq il-Kunċizzjoni fil-Gżira. Wara li jgħallmu d-duttrina, is-soċji kienu jitilgħu Tas-Sliema biex flimkien jagħmlu l-Assenjatur ma' xi soċji anzjani minn Tas-Sliema. Kemm Iċ-ċerimonji kif ukoll il-Programmi Speċjali kienu jsiru kollha tas-Sliema. Għal madwar ħamsin sena, il-Qasam u l-fergħa kienu jitmexxew mis-superjura Edwige Buhagiar minn tas-Sliema, li aktar 'il quddiem saret Assistenta Superjura Ġenerali. Dar Ġdida Meta għalaq Iċ-ċens ta' din id-dar tal-Gżira is-soċji kienu għal xi żmien jgħallmu d-duttrina fl-iskola tal-Gvern, fis-Sala Parokkjali u fid-Dar tal-Kappillan, l-aktar fi żmien il-Kappillan Dun Ġużepp Theuma. Wara l-gwerra n-numru tas-soċji beda jonqos u kienu qed jiġu mgħejjunin minn soċji ta' Oqsma oħra. Fl-1969, bit-tħabrik tas-superjura Edwige u ta' diversi benefatturi, fosthom soċji ukol, inxtrat dar li qabel kienet isservi ta' Qasam għasSezzjoni Maskili f'numru 71, Triq Ponsomby Gżira. F'dan il-Qasam beda jsir lAssenjatur regolari u ċ-ċerimonji u beda jitqies uffiċjalmeta bħala l-Qasam Sliema/Gżira. Tmut Is-Sup. Edwige Fl-1975, is-superjura Edwige Buhagiar irriżenjar minħabba saħħitha. Is-soċja Injazja Meilak minn B'Kara ġiet afdatabit-tmexxija tal-Qasam imma Injażja rriżenjat ftit xhur wara. Is-Superjura Ġenerali Elvira Ellul innominat lil Carmen Cassar KBO bħala Superjura Delegata. Fit-8 ta' Frar 1978, seħħet il-mewt tas-superjura Edwige, li ħalliet impressjoni kbira, l-aktar fost in-nies ta' Gżira. Kienet eżempju ħaj taż soċja dedikata għat-twettieq tal-missjoni tagħha. Kellha 87 sena. F'dan il-Qasam kienu jsiru numru ta' Sajdiet Museumini, f'ċentri differenti, biex jiġu milħuqa numru kbir ta' Ġżirjani. Mill-1977 bdew isiru l-Qaghdat għall-Barranin. Fis-27 ta' Settembru 1985, is-Superjura Ġenerali Hilda Chircop innominat lis-Servjenta Ġenerali tal-Leħen il-Maħbub, Josephine Farrugia, mill-Imsida, bħala Superjura Delegata. Fl-1986 ġie ffurmat grupp ta' koperaturi nisa. Is-Superjura Preżenti llum hija __________________. Minn żmien għal żmien baqgħu jsiru ċerimonji lill-Imsejħin, Preparatorja u Magħżulin. Waħda mill-Aspiranti ta' dawn l-aħħar snin waslet, bl-għajnuna ta' Alla, sa L-Inkorporazzjoni. Nitolbu 'l Alla biex ikattar il-vokazzjonijiet f'dan il-Qasam.