Balzan

Ftuħ Tal-Qasam

Il-Qasam tas-sezzjoni femminili ta' Ħal Balzan infetaħ uffiċjalment fl-1931, fi żmien il-kappillan Dun saver Zahra, bit-tħabrik ta' ċerta Duminka Fenech.

Superjuri

  • Ġuzeppina Calleja
  • Marija Dingli
  • Lieni Grech
  • Ġuza Zerafa
  • Hilda Borg
  • Carmen Camilleri
  • Tessie Apap
  • Tessie Spiteri
  • Miriam Bartolo
  • Therese Scerri

Soċi Li Ħallew Impatt Fil-Qasam

Diversi huma is-soċi li ħallew impatt fil-qasam, fosthom Duminka Fenech u Annunzjata Sammut.

Dun Ġorġ U L-Kuntatt Tiegħu Mal-Qasam

Meħuda Mill-istorja tal-qasam qabel l-1937 u wara 1930

  • Iktar tard f’waħda mil-lezzjonijiet, is-soċi tal-bidu jirrakkuntaw li darba kellhom bżonn id-dawl fil-kamra u Dun Ġorġ qabad lampa b’zewġ ftejjel u biex idendilha mal-ħajt qabad labra tar-ras daħħalha fil-bieb u dendel il-lampa zammet, qamet agħa fil-kamra u Dun Ġorġ bis-solita sempliċita tiegħu qal: ”Ara ma tonqsux mill-fidi".
  • Darba oħra wara l-lezzjoni fuq il-bejt waqt li Dun Ġorġ kien qed jitkellem mas-soċi u mat-tfal waħda mit-tfal li kienet preżenti, Annunnziata Sammut li l-quddiem saret soċja u llum il-ġurnata hija mejta, tirrakkonta li Dun Ġorġ poġġa l-pala ta’ idu quddiem il-lampa u f’nofs idu minn naħa għall-oħra kien jidher id-dawl.

Attivitajiet Fil-Qasam

  • Pageant f’lejliet il-Milied li ssir fil-Knisja Parrokkjali u terġa ssir għand is-Sorijiet tal-Karità u Casa Antonia ta’ l-Anzjani.
  • Kull sena nagħtu servizz ta’ kant, għalhekk isiru rehearsals minn grupp ta’ tfajliet zgħar għall-Ewwel Tqarbina.
  • Isiru krafts fis-Sajf li fosthom it-tfal jitgħallmu l-parċmina.
  • Isiru lezzjonijiet tal-Kitarra.

Ġranet U Ħinijiet Tat-Tagħlim Tal-Katekiżmu

  • Mill-Kinder sa Year 6
    Nhar ta’ Tnejn u l-Ħamis mill-5.30 sas-6.30pm
  • Forms 1 ’l fuq
    Nhar ta’ Erbgħa u l-Ġimgħa mill-5.30 sas-6.30pm
  • Il-klassijiet mill-Year 6 ’l fuq
    Ikollhom ukoll is-Sibt u l-Ħadd.

Attivitajiet Ġenerali Li Jsiru Matul Is-Sena

  • Tħejjija tas-Sagramenti - l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma ta’ l-Isqof.
  • Passiġġati fix-Xitwa maz-zgħazagħ u għawm fis-Sajf.
  • Mawra sa Għawdex fis-Sajf għat-tfajliet u soċi.
  • Seminar għat-tfal tal-Griżma.
  • Laqgħat għall-Ġenituri bi preparazzjoni għas-Sagramenti ta’ l-Ewwel Tqarbina u tal-Griżma
  • Ġimgħa ta’ tagħlim.
  • Laqgħat għall-ġenituri tat-tfajliet/tfal li jattendu l-qasam.

Informazzjoni Biex Tikkuntatjana

Indirizz:
MUSEUM BNIET,
219, Triq il-Kbira,
Balzan, Malta

Tel: (+356) 21493177
Email:
scert001@stelias.edu.mt