Għargħur Qasam Nru 22
- Għargħur Il-qasam tal-Għargħur infetaħ fis-sena 1932 fi żmien il-kappillan Dun Pawl Zammit u bil-għajnuna ta' Dun Ġirolmu Seychell, li kien il-viċi parroku. L-ewwel laqgħat tax-xebbiet kienu jsiru fil-Knisja ż-żgħira ta' San Ġwann. Tliet xhur wara nkera post nru 2, Triq id-Dejqa li beda jintuża fl-14 ta' Ottubru 1932. Il-Qasam ġie mrawwem mis-soċja Ġużeppina Calleja li kienet toqgħod Birkirkara. Ġużeppina damet titla' f'dan il-Qasam għal xi tmien xhur sakemm Victoria Ciappara, soċja minn Naxxar ġiet nominata superjura partikulari. Fil-15 ta' Settembru 1933 saret l-ewwel Ċerimonja lil wieħed u għoxrin kandidata u sa l-1935 fil-Qasam tal-Għargħur kienu ġew inkorporati għoxrin soċja. Fil-gwerra il-lokal li kien iservi ta' qasam iġġarraf u bdiet tintuża l-Knisja ta' Santa Marija ta' Bernarda. Meta fis-sena1947 l-Arċisqof Gonzi għamel żjara pastorali fil-parroċċa, żar il-Knisja li kienet tintuża mill-membri. Wara, fis-sena 1957 inkera post ieħor fi Triq San Bartilmew. It-tagħlim tat-tfal kien isir fil-Knisja ta' San Gwann, fil-Knisja Parrokkjali u darba fil-ġimgħa, fil-Madliena. Imbagħad, fis-sena 1962, inkera post ieħor fi Triq il-Mitħna. Dan ta' l-aħħar dam jintuża għal xi tliet snin. Id-dar preżenti li qed iservi ta' Qasam hi dij ta' nru. 27 Sqaq il-Warda u kienet inkriet fl-1965. Illum din id-dar hi proprjeta tas-Soċjeta. Minħabba saħħitha is-superjura Victoria Ciappara ma baqgħetx tattendi fil-Qasam u f'Lulju 1968, is-soċja Angela Borg mix-Xagħra, Għawdex li dak Iż-żmien kienet taħdem Malta inħatret superjura tal-Qasam. Is-superjura Angela sdamet tmexxi il-Qasam sa Mejju 1969. Warajha inħatret is-superjura Tessie Spiteri u fil-preżent is-superjura hija _______________________________. Fis-sena 1982 ġie mfakkar il-ħamsin anniversarju mill-ftuħ tal-Qasam b'quddiesa ta' radd il-ħajr. Fl-1992, imbagħad is-sittin anniversarju ġie mfakkar b'dik li kienet it-tieni Sajda Museumna fil-parroċċa. Fl-1994 kienet saret quddiesa wkoll ta' radd il-ħajr f'għeluq il-ħamsin anniversarju mill-Inkorporazzjoni ta' xi soċji ta-Qasam. Fil-preżent huma ħamsa s-soċji li jattendu f'dan il-Qasam. Nitolbu lis-Sinjur Alla biex ikompli jbierek din is-sar b'vokazzjonijiet ġodda.