Naxxar Qasam Nru 20
- Naxxar Il-Qasam tan-Naxxar infetaħ fl-1931. Għall-ewwel xhur il-membri kienu jiltaqgħu għand M'Anna Grech li kienet toqgħod fi Triq San Pawl tat-Tarġa. Imbagħad minħabba li l-attendenza kibret, inkriet dar fi Triq Santa Luċija. Bl-għajnuna ta' Ġużeppina Calleja minn Birkirkara u ta' xi soċji oħra, beda jsir l-Assenjatur u t-tagħlim tad-duttrina. Wara l-membri kellhom imorru jgħallmu fil-Knisja ta' Santa Luċija u wkoll fl-Oratorju, Iżda ftit taż-żmien wara, ċertu Dun Ġużepp tahom id-dar li kellu f'Bakery Street. F'dak Iż-żmien in-numru tal-Kandidati kien ta' 52 u għalhekk is-Superjura Ġenerali Giovanna Cutajar iddeċidiet li tagħmel inkorporazzjoni għalihom biss. Il-Kappillan tar-raħal Dun Nerik għażel 34 tifla mill-parroċċa u lil dawn saritilhom Iċ-Ċerimonja tal-Magħżulin. Il-kappillan, li kuljum kien Iżur il-Qasam ra li d-dar tal-Qasam kienet saret żgħira għan-numru tas-soċji u tat-tfal li kienet tilqa fiha. Għalhekk fl-1935 inkriet dar kbira, nru9/10 Triq Castro. Dak iż-żmien, il-Qasam kellu lil Nazzarena Camilleri bħala superjura. Warajha għal xi żmien kienet tmexxi l-Qasam M'Anna Agius bħala superjura proviżorja u f'Settembru 1941 it-tmexxija tal-Qasam għaddiet f'idejn Vincenza Azzopardi li damet superjura sa l-1969. Imbagħad Marija Xuereb ingħata l-kariga tal-Qasam. Dan il-Qasam minn dejjem kien numeruż fil-għadd tal-membri. Illum is-superjura preżeni hija Esther Farrugia Fi żmien il-gwerra il-post għmel żmien ma jintużax mis-Soċjeta għax kien issellef lir-refuġjati. Iżda fil-Milied ta' l-1944 reġa beda jintuża għall-Assenjatur u għad-duttrina. Ġara li s-sid ried ibiegħ il-lokal. Fl-istess żmien is-soċja Elvira Zammit tat ġardina lis-Soċjeta u kien qed jiġi diskuss jekk din il-ġardina tista tinbena beix tintuża bħala Qasam. Fl-aħħar fl-1959, ġie deċiż li l-ġardina tinbiegħ u bil-flus li jidħlu minnha tinxtara d-dar ta' Triq Castro li ġa kienet id-dar tal-Qasam. Il-flus li daħlu mill-bejgħ tal-ġardina ma kinux biżżejjed biex tinxtara d-dar u għalhekk is-soċji u benefatturi għenu bix-xogħol ta' idejhom biex jakkwistaw il-flus meħtieġa. Id-dar tal-Qasam sarulha tibdiliet strutturali bil-ħsieb li tibda tintuża għall-irtiri bil-magħluq. Fil-fatt, il-post beda jintuża għal dan il-għan fl-1964. Għal xi żmien dan il-Qasam laqa' fih ukoll lil grupp żgħir ta' soċji interni. F'dan il-lojkal isiru wkoll laqgħat u seminars kif ukoll weekends għal diversi sezzjonijiet tas-Soċjeta'. Fl-1982, il-Qasam tan-Naxxar Iċċelebra il-50 anniversarju mit-twaqqif tiegħu. Illum, bħal dejjem dan il-Qasam hu attiv ħafna u joffri tagħlim għal madwar 400 tifla tal-parroċċa. Nitolbu lill-Mulej biex ikompli jibgħat ħaddiema biex jaħdmu fl-għalqa li Hu stess offrielna fin-Naxxar.