Birżebbuġa
Ftuħ tal-Qasam
F’Lulju 1924. Kien infetaħ minn Dun Ġorġ Preca u mis-superjura Giovanna Cutajar.
Indirizz ta’ l-ewwel qasam
Fil-bidu l-assenjatur kien isir barra fit-Triq il-Knisja ħdejn il-Knisja tad-Duluri u wara ftit żmien beda jsir fis-sagristija ta’ l-istess Knisja tad-Duluri.
Superjuri
- Carmena Fracalanza (1925-1931)
- Katerina Cassar (1931-1947)
- Concetta Borg (1947-1977)
- Jane Lanzon (1977-1989)
- Catherine Peresso (1989-1993)
- Jane Lanzon (1993-1997)
- Rena Bonnici (1997...)
Soċi li ħallew impatt fil-Qasam
Concetta Borg, Katerina Cassar, Antoinette Gauci, Tessie Castles, Maria Vassallo, Mary Agius, Jane Lanzon u Franca Buttigieg.
Attivitajiet fil-Qasam
- Konsagrazzjoni tal-Qasam lill-Qalb ta’ Ġesu’ u ta’ Marija. Din saret fil-Museum ta’ Triq iż-Żurrieq fit-22 ta’ Awissu fl-1949. Il-konsagrazzjoni saret mill-Beatu Ġorġ Preca. Kienu preżenti ukoll il-Kappillan Dun Ang Fenech u s-Superjura Ġenerali Giovanna Cutajar. Fil-qasam għandna zewġ inkwatri zgħar iffirmati mill-Fundatur b’tifkira tal-Konsagrazzjoni.
- Fil-1961 beda l-bini l-ġdid tal-Museum. F’dak iż-żmien l-indirizz kien New Street in Church Square. Maż-żmien imma dan l-indirizz inbidel u sar Triq is-sajjieda. Il-qasam il-ġdid beda jintuża fl-11 ta’ Mejju 1963.
- Fis-6 ta’ Ottubru 1963 il-qasam ġie rregalat mill-familja Francalanza vara ta’ San Guzepp. Dakinhar saret quddiesa djalogata mil-Kappillan Dun Giuzepp Minuti.
- Fl-27 ta’ Ottubru 1964 infetħet id-Dar Ħanin Samaritan fl-istess qasam. L-ewwel membri kienu s-superjura tal-qasam Concetta Borg u Carmela Farrugia li ġiet mill-qasam ta’ Wied il-Għajn.
- Fis-Sajf ta’ l-1978 parti mill-Museum beda jintuża bħala post ta’ villeġjatura għas-soċi ta’ oqsma oħra.
- Fi Frar 1979 beda l-bini ta’ sala u kmamar oħra fuq il-parti ta’ quddiem tal-qasam. F’Awissu 1980 il-bini ta’ fuq tlesta għall-kollox u beda jintuza għall-villeġjatura.
Dun Ġorġ u l-Kuntatt tiegħu mal-Qasam
- L-ewwel darba li nfetaħ il-qasam fl-1924
- Konsagrazzjoni tal-qasam lill-Qalb ta’ Ġesù u l-Qalb ta’ Marija fit-22 ta’ Awissu 1949.
- Meta kien jattendi l-qasam bie xjmur f’Bengħajsa u minn fuq iz-zuntier tal-Knisja kien jagħmel lezzjonijiet lin-nies tal-inħawi.
ġranet u Ħinijiet tat-tagħlim tal-Katekiżmu
- Żewġ klassijiet ta’ l-Ewwel Tqarbina, Griżma 1, 2 u 3 (grupp A) Nhar ta’ Tnejn u l-Ħamis mill-5.30 - 6.20 p.m.
- Kindergarten, Griżma 1 u Griżma 3 (grupp B) Nhar ta’ Erbgħa u l-Ġimgħa mill-5.30 - 6.20 p.m.
- Minn Year 6 ’l fuq Nhar ta’ Erbgħa u l-Ġimgħa mill-5.30 – 6.20pm
- Il-klassijiet mill-Year 6 ’il fuq ikollhom ukoll is-Sibt u l-Ħadd.
Attivitajiet ġenerali li jsiru matul is-sena
- Party għat-tfal li jattendu fil-qasam fl-okkazzjoni ta’ l-Ewwel Tqarbina
- Ċelebrazzjoni ta’ Jum l-Omm
- Laqgħat għall-ommijiet
- Attivitajiet mit-tfajliet tal-formazzjoni
- Pellegrinaġġ tal-Madonna għall-kappella ta’ Bengħajsa bis-sehem tat-tfal tad-duttrina u b’sehem speċjali mit-tfal ta’ formazzjoni
- Ċerimonja lit-tfal tal-Griżma tal-Midalja Mirakuluża. Jattendu wkoll il-Ġenituri ta’ dawn it-tfal
- Novena tal-Milied
- Party tal-Milied
- Ġimgħa ta’ Tagħlim għall-adulti
Informazzjoni biex tikkuntatjana
Indirizz:
MUSEUM BNIET,
Xatt is-Sajjieda,
Birżebbuġa Malta
Tel: (+356) 2165120