Dingli

Ftuħ tal-Qasam

Il-Qasam ta' Ħad-Dingli infetaħ f'April 1934 fi żmien il-Kappillan Dun Ġużepp Lanzon. L-ewwel superjura tal-Qasam kienet Ġużeppa Calleja, soċja minn Birkirkara. Fid-29 ta' Ġunju 1935 saret Ċerimonja ta' 11-il kandidata u fil-25 ta' Diċembru 1936, tmienja minnhom inkorporaw soċji. Ftit snin wara, propju fl-10 ta' Lulju 1938 il-Qasam ġie kkonsagrat lill-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù u l-Qalb bla Tebgħa ta' Marija.

Indirizz ta' l-Ewwel Qasam

L-ewwel laqgħat tal-membri kienu jsiru fl-Oratorju tal-Knsija sakemm, f'Mejju 1934 inkera l-post numru 10 fi Triq Sant' Rokku. Fil-31 ta’ Jannar 1961 il-Qasam ġie trasferit għal dar akbar, Nru. 67, Triq il-Kbira, Dingli.

Superjuri

  • Superjura ‘provisorja’ – Ġużeppa Calleja 1934 - 1935
  • Emmanuela Ebejer 1935 – 1938
  • Luigia Pullicino 1938 - 1953
  • Agnese Gatt 1956 – 1990
  • Connie Farrugia 1990 – 1995
  • Joyce Bonnici 1995...

Dun Ġorġ u l-Kuntatt tiegħu mal-Qasam

Nhar it-Tlieta 25 ta’ Settembru 1956 żar dan ir-raħal, il-Fundatur San Ġorġ Preca, fejn għamel lezzjoni għal Kulħadd fil-knisja parrokkjali.

Attivitajiet fil-Qasam

  • Fid-29 ta’ Ġunju 1935 saret l-ewwel ċerimonja tal-Kandidati lil 11-il tfajla, li seba’ minnhom Inkorporaw fis-Soċjetà fil-Milied ta’ 1936.
  • F’Novembru 1984 il-Qasam iċċelebra 50 sena mit-twaqqif tiegħu. Għal din l-okkazzjoni kienet ikonċelebrata Quddiesa ta’ ringrazzjament minn Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca, flimkien mal-kleru tal-parroċċa u l-komunità Salesjana li wkoll tagħti s-sehem tagħha f’dan ir-raħal. Għall-istess okkażjoni, barra din il-quddiesa, saru attivitajiet oħra fosthom Sajda Musewmina.
  • Wara ħafna taħbit ingħatat biċċa art mill-Kurja biex fiha jinbena Qasam Ġdid. F’Jannar 1997, sar it-tindif ta’ l-għalqa, sar il-pedament u ngħata bidu għal-bini tal-Qasam. Fl-1 t’Ottubru 2001 saret id-duttrina għall-ewwel darba fil-Qasam il-Ġdid. It-tberik uffiċċjali tal-Qasam il-Ġdid sar nhar il-Ħadd 26 t’Ottubru 2003, mill-Assistent Ekklesjastiku tas-Soċjeta’ tal-M.U.S.E.U.M., Mons. Lawrance Gatt.

Ġranet u Ħinijiet tat-Tagħlim tal-Katekiżmu

  • Kinder, Year 1, Griżma 1 u Griżma 2
    It-Tnejn u l-Ħamis mill-4.30pm sas-5.15pm
  • Preċett u Griżma 3
    L-Erbgħa u l-Ġimgħa mill-4.30pm sas-5.15pm
  • Il-klassijiet tal-Formazzjoni jkollhom kuljum

Attivitajiet Ġenerali li jsiru matul is-sena

  • Laqgħat għall-Ġenituri ta' l-Ewwel Tqarbina
  • Sajdat Musewmini

Informazzjoni Biex Tikkuntatjana

Indirizz:
MUSEUM BNIET,
Triq Dun Karm Azzopardi,
Dingli Malta

Email: odette.scerri@gmail.com