Rabat
Ftuħ tal-Qasam
It-tagħlim ta-katekiżmu lit-tfal bniet fir-Rabat kien isir fl-Oratorju tal-Parroċċa, minn ċerta mara jisimha Reġina flimkien ma' xi lajċi oħra. Il-Fundatur xtaq li jiftaħ Qasam għax-xebbiet fir-Rabat għalhekk talab lis-soċja Anġelika Felice li kienet minn Ħal Qormi iżda kienet toqgħod ir-Rabat biex issib tikri dar għat-tagħlim tad-duttrina. Inkriet id-dar nru 4, fi Triq Vittorja u Dun Ġroġ ħallas l-ewwel pagament tal-kera. Il-Qasam infetaħ fit-13 ta' Ġunju 1933 fi żmien l-Arċipriet Dun Anton Buhagiar.
F'Ġunju 1936, il-Qasam kien fi Triq San Katald u f'Ottubru ta' l-istess sena is-soċji ġarrew għal dar oħra Nru 5, Pjazz tal-Parroċċa. Fi żmien il-gwerra id-dar tal-Qasam kienet bir-refuġjati wara intużat mis-Sorijiet ursolini u iżjed tard, fl-1944, kienet f'idejn Monsinjur Enriku Bonnici. F'dak Iż-żmien li l-gwerra spiċċat il-Qasam reġa' beda jintuża Iżda f'Mejju 1964 b'ordni tal-gvern, id-dar tal-Qasam twaqqgħet biex tkun tista ssir pjazza quddiem il-Knsija Parrokkjali. Is-soċji ġew mgħottija dar kbira f'nru 59 triq il-Kbira għall-użu temporanju Iżda fil-25 ta' Jannar 1965, bit-tħabrik ta' l-Arċipriet Dun apwl Attard u tal-kanonċi ta' San Pawl, il-membri inagħtaw parti mill-kulleġġ fi Triq il-Katakombi nru 4.
Superjuri
- Ġuzeppina Calleja
- Carmela Portelli
- Earniela Portelli
- M’Grace Busuttil
Soċi li Ħallew Impatt fil-Qasam
Karmena Sciberras (oħt Kelina) ħalliet id-dar tagħha lis-Soċjetà għat-tagħlim Nisrani
Ġranet u Ħinijiet tat-Tagħlim tal-Katekiżmu
- It-Tnejn u l-Erbgħa – 3 klassijiet fl-4.30pm.
- Il-Ħamis u Ġimgħa – 2 klassijiet fl-4.30pm.
- Tfajliet ta’ wara l-Griżma fil-5.30pm.
Attivitajiet Ġenerali li Jsiru Matul is-Sena
- Reċti tal-Milied, fl-okkazzjoni tal-Griżma ta’ l-Isqof u f’Ħadd il-Palm. Jkunu mistiedna wkoll il-ġenituri
- Laqgħat għall-ġenituri tal-Preċett u l-Griżma
- Attivitajiet marbuta mal-Festa tal-Milied
Informazzjoni Biex Tikkuntatjana
Indirizz:
MUSEUM BNIET,
No 4, Triq il-Katakombi,
Rabat, Malta