Marsa - Maria Reġina
Ftuħ Tal-Qasam
Il-Qasam nfetaħ fis-sena 1912. Id-data eżatt ma nafuhiex pero aktarx li kien bejn is-7 ta’ Lulju u l-15 t’Awissu. Kien Dun Ġorġ stess, meta kien għadu fl-eta' żagħżugħa ta' 32 sena, meta nfetaħ dan il-Qasam. Hu ħatar bħala l-ewwel superjura lil Ludgarda Caruana li daħlet soċja interna fl-1927.
Kien fl-1913 li l-Marsa nqatgħet mill-Ħamrun u saret parroċċa għaliha, dedikata lit-Trinita' Mqaddsa. Ftit żmien wara, is-superjura Ludgarda Caruana fetħet fergħa fil-Belt il-Ġdida, jew Albert Town. Hi kienet tieħu magħha biex jgħinnuha fid-duttrina, Magħżulin ta' erbatax-il sena u Kandidati ta' sittax-il sena. Meta fl-1927 daħlet soċja ma' l-Interni f'Raħal Ġdid flokha laħqet Carmela Theuma li damet 31 sena trieġi l-Qasam. Is-sorijiet tal-Qalb ta' Ġesu' bdew jieħdu ħsieb il-fergħa ta' Albert Town. Il-Fundatur żar diversi drabi dan il-Qasam. Fuq parir tiegħu, is-soċji għadhom sal-lum wara l-Assenjatur, jinvokaw għal tliet darbiet lil San Mikiel. Fl-1956 mietu l-kerrejja ta' żewġt ikmamar li kienu jmissu mal-Qasam. Is-sid kriet dawn il-kmamar lis-Soċjeta' u ġew imniffda mal-Qasam. Fl-1 ta' Marzu 1959 sid il-kera ma talbitx aktar flus tal-kera u wara mewtha ħalliet il-post kollu lis-Soċjeta. Dan il-lokal jinsab f'nru 61, Triq San Mikiel.
Superjuri
- Rikarda Caruana, 1912
- Carmela Theuma, 1927
- Gaetana Mallia, 1958
- Ludgarda Mifsud, 1972
- Carmen Xuereb, 1978
- Mary Carabott, 1992
- Maria Reġina Ambinette, 1994
Ġranet U Ħinijiet Tat-Tagħlim Tal-Katekiżmu
Nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ġimgħa mill-5.30pm – 6.15pm.
Attivitajiet Ġenerali Li Jsiru Matul Is-Sena
- Quddiesa kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar
- Quddiesa tat-tfal f’jum il-festa
- Laqgħat għall-ġenituri tat-tfal tal-preċett u tal-Griżma ta’ l-Isqof
- Ġimgħa laqgħat għat-tfal qabel il-preċett u l-Griżma ta’ l-Isqof
- Ċerimonji għat-tfajliet ta’ formazzjoni
Informazzjoni Biex Tikkuntatjana
Indirizz:
MUSEUM BNIET,
261, St Michael Street,
Marsa, Malta
Tel: (+356) 21255544
Email: carxue@euroweb.net.mt