Marsa Trinita Qasam Nru 5 B

– Il-Marsa nqasmet f'żewġ parroċċi, il-Qasam tas-Sezzjoni Femminili li kien ġa jeżisti fil-Marsa, ġie jagħmel mal-parroċċa l-ġdida tal-Madonna tad-Dmugħ li llum sar jisimha Parroċċa Marija Regina. F'nru. 18, Triq Sant' Antnin kien hemm dar zgħira li kienet tintuża bħala Fergħa u kienet propju din id-dar li bdiet tintuża bħala Qasam ġdid għall-parroċċa tat- Trinita Qaddisa. Din id-dar kienet f’idejn is-Soċjeta b'kera. Il-Qasam il-ġdid beda jopera f’Diċembru 1967 iżda nfetaħ uffiċjalment fit-18 ta' Jannar 1968 mis-Superjura Ġenerali, Elvira Ellul. Il-kappillan ta' dak iż-żmien kien Patri Dumink Garzia, OFM Kap. Il-Qasam beda b'5 soċji, Kandidata u żewġ Magħżulin. L-ewwel superjura tal-Qasam kienet Helen Borg, soċja mill-Hamrun, li kienet ilha sena u nofs tattendi fil-Qasam il-qadim tal-Marsa. Il-Kandidata, Rita Camenzuli, inkorporat soċja f’Dicembru 1967, jiġifieri, fl-istess xahar li beda jopera l-Qasam il-ġdid. Fl-14 ta' Lulju 1968, f'jum wieħed, l-ewwel grupp ta' 21 tifla mill-Qasam għamlu l-Griżma ta' l-Isqof u 10 oħra għamlu l-Ewwel Tqarbina. Kienu jiġu mgħallma 6 klassijiet tad-duttrina, iżda kmamar fil-Qasam kien hemm tnejn biss. Għalhekk sa Marzu 1968 kienet inbniet kamra oħra żgħira fil-bitħa ċkejkna li kien hemm. Madankollu, xorta ma kienx hemm wisa' biż-żejjed biex jintlaħqu l-iskopijiet tal-Qasam. Għalhekk, is-Soċjeta xtrat id-dar nru. 71 fi Triq Zerafa u l-Qasam kien trasferit hemm fis-27 ta' Mejju 1977. Fit-28 ta' Settembru 1979, lejlet il-festa ta’ San Mikiel, il-kappillan, Pam Diegu Theuma O.F.M., qaddes l-ewwel quddiesa, f'din id-Dar F'Jannar tas-sena 1981, kien hemm bżonn isiru xi rinnovamenti fil-Qasam. Infetħet arkata bejn il-kappella u l-kamra ta' maġenbha biex titkabbar l-istess kappella li kienet żgħira wisq. It-tarag inkesa bil-mużajk, inbidlet is-sistema kollha ta’ l-ilma u tbajjad l-post kollu. L-lspejjeż tħallsu mis-soċji u minn xi benefatturi. Fis-sena 1986 inbniet kamra fuq il-bejt u f'Diċembru 1988 inbidlet is-sistema ta' l-elettriku. Is-superjura Helen irriżenjat mill-kariga u, fit-23 ta' Ġunju 1982, tqegħdet minn flokha s-soċja Rose Felice minn Ħal Qormi. Is-superjura Rose damet tmexxi l-Qasam sa Settembru 1986 meta ntbgħatet superjura fil-Qasam ta' Raħal Ġdid, u minflokha tpoġġiet Mary Carabott, membru KBG, rninn Ħal Qormi. Imbagħad, f'Jannar 1991, is-superjura Mary kellha tmur l-lngilterra għal kors ta' studju konness ma' l-impjieg tagħha u l-kariga ta' superjura ngħatat f'idejn Mary Borg, soċja mill-Ħamrun li kienet ilha żmien tattendi fl-istess Qasam tal-Marsa. Fl-1992 kien iċċelebrat il-25 anniversarju mill-bidu tal-Qasam. Saru diversi attivitajiet u fosthom quddiesa ta' ringrazzjament. F'Settembru 1995 is-superjura Mary intbgħatet superjura l-Birgu u minflokha tpoġġiet Tessie Galea, mill-Qrendi li kienet superjura fir-raħal tagħha. Magħha intbgħatet ukoll Kandidata mill-Qrendi. Is-superjura Tessie damel biss ftit xhur minħabba l-esiġenzi tal-Qasam tal-Qrendi, u l-Marsa tpoġġiet Cettina Galea minn Bormla. Sadattant, it-tfal bdew jonqsu mill-Qasam. Uħud mis-soċi li kien hemm, inklużi it-tliet soċi żgħażagħ li nkorporaw flimkien f'Ġunju 1995, ġew trasfertiti għal Oqsma oħra fejn iktar kien hemm bżonnhom. Bħalissa, hemm tliet soċji fil-Qasam, tnejn mill-post. Bejniethom jaqsmu l-klassijiet tan-numru żgħir tat-tfal li fadal. Il-Qasam Marsa B kien Qasam attiv ħafna matul dawn it-29 sena li ilu miftuħ. Il-Qasam kellu, u għad għandu l-għajnuna ta' soċi minn Oqsma oħra iżda minnu ħarġu soċi li ntbagħtu biex jgħinu f'Oqsma oħra bħala superjuri, prefetti jew katekisti. Għalkemm issa l-familji żgħażagħ naqsu f'dik in-naħa tal-Marsa, u magħhom naqsu t-tfal, bil-għajnuna t'Alla, il-Qasam għadu miftuħ u jaħdem mat-tfal u mal-familji tal-lokal.