Siġġiewi

Ftuħ tal-Qasam

Meta t-Tieni Gwerra Dinjija bdiet tinħass sew hawn Malta, familji sħaħ bdew jevakwaw l-ibliet u l-irħula li kienu l-mira priċipali tal-għadu u marru jfittxu kenn x'imkien ieħor aktar fiż-żgur. Hekk għamlu s-soċji Martha Bonnici, Maria u Ġuża Caruana, mill-Isla, Evelyn Galea mill-Birgu u Dolor u Rosina Aquilina mill-Belt Valletta. Dawn is-soċji, flimkien ma' nieshom, marru jistkennu fir-raħal tas-Siggiewi. Fis-Siġġiewi ma kienx għadu nfetah Qasam għall-bniet; għalhekk dawn is-sitt soċji refuġjati ftehmu li jibdew jiltaqgħu x'imkien. Talbu l-permess tal-kappillan, Dun Saver Mangion, u dan mhux biss laqa' t-talba tagħhom, iżda wkoll offrielhom l-Oratorju tas-Sagra Familia fi Triq il-Parroċċa, biex jużawh għal-laqgħat tagħhom. Hekk, f ‘Awissu tal-1941 infetaħ il-Qasam għall-membri femminili tas-Soċjeta.

Ftit biss damu jgawdu l-uzu tal-Oratorju għaliex il-post intlaqat mill-bombi tal-għadu. Imbaghad ġiet offruta lis-soċji l-kappella ta' San Gwann fi Pjazza San Nikola li bdiet tintuża kemm għall-Assenjatur kif ukoll għat-tagħlim tad-duttrina. Meta ma setgħux jiltaqgħu iżjed fil-kappella ta' San Gwann, is-soċji ġew offruti postijiet oħra, fosthom il-palazz ta' Fiefu, nru.57, Triq il-Kbira, u fl-istess triq, id-dar nru.61. F'dawn il-postijiet l-Assenjatur ma setax isir, għalhekk is-soċji xtaqu lokal aktar addattat għall-bżonnijiet tagħhom. Waħda mill-katekisti, is- Sinjorina Nikolina Caruana, li maż-żmien saret membru tas-Soċjetà, billi kienet tgħix waħedha, offritilhom li jużaw darha għall-Assenjatur. Sadattant, is-socji baqgħu jfittxu post, imqar b'kamra waħda, fejn ikunu jistgħu jiltaqgħu u ma jiskomodaw lill- ħadd.

Inqala' benefattur, Nikola Vella, ħu l-mibki Dun Anton Vella, li offra lis-soċji post ċkejken b'kamra waħda u bitħa ġewwa għalqa kbira, fi Triq il-Ġdida nru.39. Il-post kien fqajjar. Flok siġġijiet kellhom xi erba' kaxxi ta' l-injam u mejda msewsa kienet isservi ta' artal. Darba l-Fundatur mar iżur lis-soċji ġo din il-kamra fqira u kif daħal qal, "II-grotta ta' Betlem". Xi żmien wara, s-soċji talbu lill-Nikol Vella biex jagħtihom kamra oħra li kellu bis-silla, biex jużawha bħala kappella u dan ikkuntentahom. Issa, li s-soċji kellhom post għalihom bdew jiltaqgħu iżjed regolari u d-duttrina kienet issir dejjem minkejja l-Black-out u t-twerwir tal-gwerra.

Wara li l-gwerra spiċċat. is-socji talbu lis-sidt id-dar li t battlet bit-tluq tal-familja tas-superjura Maria, li rritornat lejn pajjiżja l-Isla, biex id-dar vojta tikriha lilhom. Is-sidt, li kienet tħobb ħafna l-Museum, kritilhom id-dar bil-qalb kollha. Iżda wara xi snin, ġiet bżonn id-dar biex tgħix fiha hi, u talbithielhom. Hawnhekk is-soċji ddeċidew li jaraw x'jagħmlu u jakkwistaw post. Fl-istess xahar t'Ottubru 1950, li fih telqet is-super jura Maria, Evelyn Galea ġiet innominata biex tmexxi l-Qasam hi bħala superjura. Kien f'dan iż-żmien li l-membri tal-Qasam bdew jaħsbu biex tinbena dar gdida. Is-superjura Evelyn flimkien mas-socji stinkaw kemm felħu biex isibu benafatturi biex jgħinu fil-finanżi u fix-xogħol. Għall-grazzja t'Alla, il-benafatturi kienu ħafna u ġenerużi. In-nies tal-Fawwara wkoll taw oġġetti mill-irżieżet u l-għelieqi tagħhom u Dun Anton Vella, li kien Direttur tad-Duttrina fil-Parroċċa, organizza fiera għall-istess skop. Individwi taw flus u oħrajn ħadmu b'xejn. Is-soċja Angela Cachia u ħutha taw ġardin f’nru. 24, Triq id-Dejqa, biex jinbena l-Qasam. (Wara, dawn l-ahwa ħallew ukoll lill-Qasam, id-dar tagħhom li kienet tmiss ma' dan il-ġardin).

Bil-għajnuna t' AlIa, id-Dar inbniet u ġiet imbierka mill-Fundatur fl-10 ta' Frar 1956. Tmint' ijiem wara, saret quddiesa fil-Qasam minn Dun Anton Vella, għall-bżonnijiet tal-benefatturi kollha li għenu fil-bini tal-Qasam. Kull sena, fl-10 ta' Frar, baqgħet tingħata quddiesa biex titqaddes għall-istess skop. Il-Qasam tas-Siggiewi, bl-ghajnuna t' Alla baqa' jiffjorixxi. Fl-1992, ġie ċċelebrat il-50 anniversarju mill-ftuħ tal-Qasam fis-Siġġiewi. F'dawn il-ħamsin sena li kien ilu li nfetaħ il-Qasam, il-membri u t-tfal żdiedu u d-dar reggħet bdiet tkun żgħira wisq biex taqdi l-bżonnijiet tal-parroċċa. Għalhekk reġgħet bdiet issir ħidma kbira mis-superjura u mill-membri tal-Qasam biex tiġi akkwistata dar akbar.

Mill-ġdid, il-providenza t'Alla uriet il-kobor tagħha b'mod tal-għaġeb u fid-29 ta' Settembru, 1993, tbierket l-ewwel ġebla tal-Qasam il-ġdid fi Triq il-Qajjied. Din id-Dar il-ġdida hija monument sabiħ u majestuż tal-ħidma bla heda tal-membri tal-Qasam kif ukoll tal-poplu kollu tas-Siġġiewi. Il-Qasam il-ġdid infetaħ għad-duttrina, biċ-ċelebrazzjoni solenni tal-quddiesa, nhar is-27 ta' Novembru 1995.

Superjuri

  • Maria Caruana
  • Evelyn Galea
  • Antonia Cuschieri
  • Mary Carabott
  • Josephine Cilia
  • Donia Baldacchino
  • Joyce Borg.

Soċi li Ħallew Impatt fil-Qasam

  • Is-Superjura Evelyn Galea Ħadmet ħafna biex inbena l-Museum fi Triq id-Dejqa. Kienet iddur id-djar u tagħmel il-lotteriji biex tiġbor fondi għall-bini tal-Museum.
  • Is-Soċja Maria Farrugia Kienet tħobb torganiżża ħafna plays għat-tfal.

Attivitajiet fil-Qasam

  • Fid-29 ta’ Settembru 1993, il-Museum Bniet Siġġiewi inawgura l-ewwel ġebla tal-Museum il-ġdid fi Triq il-Qajjied. It-tberik ta’ l-ewwel ġebla sar minn Mons. Lawrence Gatt, l-Assistant Ekkleżjastiku tas-Soċjeta’.
  • Fis-26 ta’ Novembru 1995 sar il-ftuħ ta’ dan il-Museum fejn saret quddiesa mill-Arċipriet Dun Richard Borg.
  • Fil-31 ta’ Mejju 2003 sar il-ftuħ tal-grawnd fuq in-naħa ta wara tal-Museum. Fil-għodu saret quddiesa mill-Arċipriet Dun Albert Buhagiar bis-sehem tal-Boys Scouts u Girl Guides tas-Siġġiewi. Wara saru diversi attivitajiet għat-tfal fosthom logħob, educational shows fosthom show tal-klieb tal-pulizija fejn urew l-importanza tal-klieb fix-xogħol tagħhom speċjalment fit-tfitxija għad-droga; Fire Fighting show fejn intwera kif jintefa’ n-nar meta jaqbad xi cooker jew xi ħaġa oħra li tieħu n-nar; tniżżel banner bil-kliem ‘Għall-Glorja t’Alla’ permezz ta’ absailing u hekk intwera l-iskop għalfejn kien se jintuża dan il-grawnd biex il-logħob u l-attivitajiet li jsiru jkunu kollha għall-glorja t’Alla. Għal din l-okkażżjoni attendew madwar 600 tifel u tifla flimkien ma’ xi ġenituri u soċji minn Oqsma differenti.
  • Fil-għaxija sar it-tberik tal-grawnd minn Mons. Lawrence Gatt, l-Assistant Ekkleżjastiku, fejn kien imtella’ programm qasir mit-tfajliet ta’ wara l-griżma.

Dun Ġorġ u l-Kuntatt Tiegħu mal-Qasam

Għal ftit żmien is-soċji kienu jiltaqgħu f’kamra waħda u bitħa ċkejkna ġewwa għalqa ftit kbira numru 39, Triq il-Ġdida. Darba żarhom il-Fundatur u ħareġ b’din l-espressjoni: “Hawn il-grotta ta’ Betlem”.

Ġranet u Ħinijiet tat-Tagħlim tal-Katekiżmu

  • Infantili sat-Tielet Sena tal-Griżma It-Tnejn u l-Ħamis fis-5.45 pm
  • Wara l-griżma: Tnejn, l-Erbgħa, l-Ġimgħa, s-Sibt u l-Ħadd fis-6.45 pm

Attivitajiet Ġenerali li jsiru Matul is-Sena

  • Tħejjija għas-Sagramenti tal-Ewwel Tqarbina u l-Griżma ta’ l-Isqof
  • Formazzjoni kontinwa lil dawk it-tfal li jibqgħu jattendu wara l-Griżma b’lezzjonijiet varjati u features
  • Diċembru: Paġeant li fiha jieħdu sehem it-tfal iż-żgħar. Play varjata imtella’ mit-tfajliet il-kbar li baqgħu jattendu l-Museum wara l-Griżma. It-tfal kollha jkollhom ukoll il-party tal-Milied.
  • Play u Farsa mtella’ mit-tfajliet ta’ wara l-Griżma. Ikunu mistiedna l-ġenituri u qraba tagħhom. Wara jkollhom il-party tal-Milied.
  • Laqgħat għall-ġenituri kollha.
  • Laqgħat għall-ġenituri li t-tfal tagħhom ikunu ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina jew l-Griżma.
  • Ċelebrazzjoni għat-tfal kollha fiż-żmien il-Karnival. It-tfal jiġu lebsin il-kostum tal-karnival u flimkien niċċelebraw il-ħajja ta’ xi mudell (qaddis) li għex ħajja tajba. Aħna għandna nimitaw dak li għamlu huma u għandhom ikunu mudelli tagħna bħal dawk in-nies li tagħhom inkunu lebsin il-kostum.
  • Matul ir-randan it-tfal jiġu mħeġġa li jagħmlu xi sagrifiċċji żgħar bħal eż: ma jieklux ħelu. Matul iż-żmien tar-randan tkun għaddejja kampanja fejn it-tfal huma mħeġġa li jġibu xi ikel jew affarijiet oħra għal dawk il-persuni li huma inqas ixxurtjati minna. Dawn jinagħtaw lid-Dar tal-Providenza li tinsab fil-limiti tas-Siġġiewi.
  • Fil-ġimgħa tad-Duluri ssir il-Passjoni għat-tfal addattata skond l-eta’ tagħhom. Permezz ta’ xi features it-tfal huma mħeġġa biex f’dan iż-żmien jaħsbu b’mod speċjali kemm Ġesu` bata għalina għax iħobbna.
  • Fil-holidays ta’ l-Għid jew wara jsir Get together għat-tfal kollha tal-Year 6 u Form 1. Wara lezzjoni qasira nieħdu xi ħaġa tajba flimkien.
  • Seminar għat-tfal li jkunu ser jagħmlu l-Griżma ta’ l-Isqof.
  • Ċelebrazzjoni li tfakkar il-Festa tal-Fundatur tal-Museum San Ġorġ Preca
  • L-għada tal-Ewwel Tqarbina, tiġi organizzata quddiesa fejn ikunu mistiedna t-tfal kollha li jattendu l-Museum u l-ġenituri tat-tfal li għamlu l-Ewwel Tqarbina. Hekk flimkien nifirħu ma’ dawn it-tfal li jkunu għadhom kemm irċevew lil Ġesu’ għall-ewwel darba. Wara l-quddiesa it-tfal ta’ l-Ewwel Tqarbina u l-ġenituri tagħhom ikollhom party.
  • Fis-Sajf il-programm tal-lezzjonijiet jinbidel. Il-lezzjonijiet jkunu jikkonċentraw fuq temi differenti u t-tfal barra li jitgħallmu fuq il-ħajja ta’ Ġesu`, juru kif jistgħu jimitawh permezz ta’ tpinġijiet, role plays u anke xi żifna li tkun reletata mat-tema ta’ dik il-ġimgħa.
  • It-tfajliet il-kbar, apparti lezzjonijiet varjati li jkollhom, ikollhom ukoll iċ-ċans li jitgħallmu affarijiet differenti bħal ma huma: parċmina, gitarra, cooking, jewellery, recycled crafts, first aid etc…
  • Ħin ta’ rikreazzjoni jikkonsisti f’logħob fil-grawnd, u xi passiġata fix-xitwa. Fis-sajf imorru flimkien ngħumu għawma u jkollna wkoll xi watergames.
  • Kull l-ewwel Ħadd tax-xahar il-Museum janima l-quddiesa ta’ 8am bil-kant u daqq tal-gitarra, ċekika u vjolini.
  • Matul is-Sajf, tfajliet mil-Museum jgħinu fl-animazzjoni u t-tmexxija tal-quddiesa ta’ kuljum għat-tfal kollha. Il-Quddiesa tkun fit-8:00am.

Informazzjoni biex Tikkuntatjana

Indirizz: MUSEUM BNIET, Triq il-Qajjied, Siġġiewi, Malta

Tel: (+356) 21461962

Website:www.museumbnietsiggiewi.cjb.net

Email: museumsiggiewi@gmail.com