Għaxaq
Ftuħ Tal-Qasam
Kien it-8 ta' Lulju 1935, fi żmien il-Kappillan Dun Nikol Aquilina, meta l-Beatu Ġorġ Preca fetaħ uffiċjalment il-Qasam Femminili f'Ħal Għaxaq. Iċ-ċerimonja saret fil-Kappella ta' San Filippu. Bħala superjura ġiet delegata soċja interna, Rikarda Caruana, minn Raħal Ġdid.
Indirizz Ta' L-Ewwel Qasam
Fil-15 ta' Lulju inkriet id-dar numru 4 Triq San Pawl, biex fiha tiġi mgħallma d-duttrina. Wara ftit snin, Iżda, din id-dar kellha titħalla u inkrew djar oħra waħda f'numru 9, Sqaq San Karlu u l-oħra f'numru 58, Triq San Pawl. Fil-gwerra l-membri kellhom iħallu din id-dar u jiltaqgħu għall-Assenjatur fid-dar numru 176, Triq Santa Marija.
Id-duttrina kienet tiġi mgħallma fil-Knisja Parrokkjali u fil-Kannierja tal-Knisja. Fi żmien il-gwerra għalaq ukoll il-Qasam tal-irġiel u għalhekk il-membri xebbiet kienu jgħallmu lit-tfal bniet u subien sal-14-il sena.
Wara l-gwerra inkriet id-dar numru 1 Sqaq Gebelin, li damet isservi bħala Qasam sal-1965, meta l-membri kellhom joħorġu għax sidha kellu bżonnha. Inħass l-bżonn li tinbena dar biex is-Soċjeta jkollha lokal permanenti. Għal ħames snin sħaħ, sakem saru tħejijiet meħtieġa u tlesta l-bini l-ġdid, fi Vjal il-Labour, id-duttrina u l-Assenjatur kienu jsiru għand is-soċja Ġannina Micallef u fis-Sala Parrokkjali fi Triq San Ġużepp.
Fl-aħħar b'sagrifiċċji kbar speċjalment mis-Superjura Fortunata Grech wasal iż-żmien tal-ftuħ ta' dar kbira u adattata għat-tagħlim. Fid-9 ta' Frar 1969 sar tberik tal-ewwel ġebla mill-Eċċellenza tiegħu Mons Emanuel Gerada u fis-16 ta' April 1970 sar il-ftuħ uffiċjali minn Mons Arċisqof Mikiel Gonzi.
Superjuri
- Rikarda Caruana 1935 - 1939
- Fortunata Grech 1939 - 1973
- Frances Vassallo 1973 - 1989
- Censina Carabott 1989...
Soċi Li Ħallew Impatt Fil-Qasam
Fortunata Grech
Ħadmet biex inbena l-Museum il-Ġdid.
Giovanna Micalle
Offriet id-dar tagħha biex ikunu jistgħu jgħallmu d-duttrina.
Marija Vassallo
Ħadmet ħafna fis-sajdat tas-Soċjetà.
Klara Borg
Benifattura kbira u ħadmet bla heda għall-premjijiet tal-Milied.
Beneditta Baldacchino
Soċja li għalkemm ta’ eta kbira għadha taħdem ħafna premjijiet tal-Milied għat-tfal tal-Kindergarten u tal-Praċett.
Dun Ġorġ U L-Kuntatt Tiegħu Mal-Qasam
-
Dun Ġorġ kien jiġi fil-qasam ta’ Ħal-Għaxaq. Ħafna nies kienu jistennewh ħiereġ biex iberkilhom l-ilma, ħelu u t-tfal tagħhom.
-
Esperjenza partikolari kienet tal-BILOKAZZJONI. Dun Ġorġ ġie fil-qasam jagħmel lezzjoni lis-soċi fuq il-Madonna fis-6.00pm. L-għada ltaqgħu s-Superjura ta’ Ħal-Għaxaq, Fortunata Grech u s-Superjura ta’ tas-Sliema, Edwic u kif kienu jitkellmu qalu lil xulxin li fil-qasam tagħhom il-ġurnata ta’ qabel kien attenta Dun Ġorġ fis-6.00pm u għamel lezzjoni fuq il-Madonna. Meta qalu lil Ġenerali fuq din il-ħaġa għal fatt li dun Ġorġ kien f’zewġ oqsma fl-istess ħin staqsiethom min minnhom kien offrielu jixrob. Ħal-Għaxaq Dun Ġorġ kien xorob tazza ilma imma tas-Sliema le. Għalhekk f’Ħal Għaxaq kien reali filwaqt li tas-Sliema Dun Ġorġ kien preżenti fl-ispirtu tiegħu.
-
Darba Dun Ġorġ kien fil-qasam u qabel ħareġ, lil Fortunata Grech uriha żewġt itfal – Frances Vassallo u Doris Carabott u qalilha tieħu ħsiebhom għax għadt isiru soċi. Dan filfatt sar għax għal grazzja t’Alla għadhom soċi sal-lum.
Attivitajiet Fil-Qasam
-
11/12 ta’ Lulju 1935 saru żewġ laqgħat fil-kappella ta’ San Filippu fl-okkażżjoni tal-ftuħ tal-qasam ta’ Ħal Għaxaq.
-
1 ta’ Novembru 1935 - Ċerimonja ta’ l-ewwel 5 Kandidati.
- 10 ta’ Frar 1936 - Ċerimonja ta’ l-ewwel 20 magħzula.
- 1986 – Programm ta’ egħluq 51 sena mill-ftuħ tal-Museum f’Ħal-Għaxaq.
- 19 ta’ Frar 1991 – Vista pastorali minn Mons Ġuzeppi Mercieca
-
Jannar 2003 – Mons Guzeppi Mercieca ġie fil-Museum jiltaqgħa mal-Katekisti subien u bniet fl-okkazzjoni tal-Griżma ta’ l-Isqof
-
21 ta’ Jannar 2007 – Il-Kanċillier Dun Karm Zammit ġie fil-Museum jiltaqgħa mal-Katekisti u soċi subien u bniet fl-okkażżjoni tal-Griżma ta’ l-Isqof
Ġranet U Ħinijiet Tat-Tagħlim Tal-Katekiżmu
- Mill-Kinder sa Grizma 1 - l-Erbgħa u l-Ġimgħa mis-5:45pm sas-6:30pm.
- Preċett, Griżma 2 u Grizma 3 - Tnejn u l-Ħamis mis-5.45pm sas-6.30pm
- Minn Year 6 ’l fuq - Tnejn, Erbgħa, Ħamis u Ġimgħa mis-6.00pm sas-6.30pm
Attivitajiet Ġenerali Li Jsiru Matul Is-Sena
-
Laqgħat tal-kooperaturi kull tielet Tlieta ta’ kull xahar fl-10.30am. Matul din il-laqgħa jattendu membri nisa mizzewġa u xebbiet.
- Laqgħat għall-ġenituri tat-tfal tad-duttrina.
- Laqgħat għall-ġenituri tat-tfajliet ta’ formazzjoni.
- Laqgħa fil-bidu tas-sena Kataketika u ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.
- Mother’s Day Concerts.
- Christmas Concerts.
- Live-Ins għat-tfajliet ta’ formazzjoni matul il-ġranet tas-Sajf.
- Baħar matul il-ġranet tas-Sajf għat-tfajliet ta’ Formazzjoni
- Handwork għat-tfajliet ta’ formazzjoni
- BBQ's fil-bitħa tal-Museum għat-tfal kollha tad-Duttrina.
- BBQ's għat-tfajliet ta’ formazzjoni fil-qasam kif ukoll barra mill-qasam.
- Weekend Għawdex fil-ġranet tas-Sajf għat-tfajliet ta’ formazzjoni.
- Attivita fl-okkazzjoni tal-Karnival għat-tfal u tfajliet kollha li jattendu l-Museum.
- Seminar tal-Praċett u l-Griżma ta’ l-Isqof.
-
Ġranet ta’ Formazzjoni għat-tfajliet il-kbar li jkunu organiżżati flimkien ma xi oqsma tal-viċin.
Informazzjoni Biex Tikkuntatjana
Indirizz: MUSEUM BNIET, 26, Vjal il-Labour, Ħal-Għaxaq Malta
Tel: (+356) 21673955 Email: marjuv@maltanet.net