Valletta

Ftuħ tal-Qasam

Il-Qasam fil-Belt Valletta nfetaħ fis-sena 1917 fid-dar ta’ Grazzja Borg li kienet toqgħod fi Triq id-Dejqa nru. 186. F’din id-dar kienu jsiru l-konferenzi li għalihom kienu jattendu ħafna nies. Iżda dawn il-konferenzi waqfu ħesrem għax il-Kappillan tal-parroċċa ta’ San Duminku, Patri Luigi Gatt, deherli li ma kellhom jibqgħu isiru. M’għaddiex żmien twil u l-Qasam reġa nfetaħ f’nru 260 Triq Sant’Ursola bil-permess tal-Kanonku Dun Edgar Galea Naudi, Kappillan tal-parroċċa ta’ San Pawl. Il-ftuħ mill-ġdid tal-Qasam seta’ jsir bit-tħabrik tas-sinjura Vassallo, mart il-Professur Vassallo u ta’ Grazzja Borg.

Il-qasam kienet tieħu ħsiebu Grazzja Borg, iżda f’dan iż-żmien, Grazzja Borg kellha titlaq lejn Għawdex għax kellha oħtha marida. It-tmexxija tal-Qasam waqgħet fuq Assunta Zahra li kellha biss 17-il sena. Ġara li l-Qasam tal-Furjana kellu jingħalaq għax ma kien fadal ħadd ħlief is-superjura Emilja Testa. Il-Fundatur ried li Emilja tibda tattendi fil-Qasam tal-Belt u tkun hi s-superjura. Wara sentejn Emilja daħlet soċja nterna u s-soċja Assunta Zahra ingħatat l-inkariġu ta’ superjura tal-Qasam. Il-lokal tal-Qasam nbidel għad-dar nru.231, Triq Sant’ Ursola, fejn għadu sal-lum.

Superjuri

  • Gracie Borg
  • Tereza Adami
  • Dolores Aquilina
  • Rena Bonnici
  • Maria Saliba

Attivitajiet fil-Qasam

  • Plays fil-ġranet tal-Milied u Party
  • Kull xahar issir laqgħa għan-nisa
  • Laqgħa fil-bidu tas-sena kataketika għall-ġenituri kollha.

Dun Ġorġ u l-Kuntatt Tiegħu mal-Qasam

  • Dun Ġorġ kien jiġi l-Museum tal-Belt u darba minnhom lil Ġuzeppa Caruana qalilha li r-responsabiltà kienet fuqha għaliex kienet tgħallem lit-tfal iz-zgħar.  Kien jagħti 3 ħelwiet lit-tfal kull meta jiġi u jberikhom.  Darba lis-superjura Adami kien qalilha li xi ħadd minn dawn it-tfal li kienu jattendu fil-qasam kienu se jibqgħu l-qasam u fil-verità baqgħu tlett tfajliet li saru soċi iktar ’il quddiem.  Darba lis-superjura qalilha wkoll biex iddum ħafna ħin fil-kappella għax din hija dar tad-deheb.
  • Il-Fundatur kien iħobb ħafna jiġi l-Qasam u kien jagħmel konferenzi lit-tfal, lis-soċji u lill-barranin.

Ġranet u Ħinijiet tat-Tagħlim tal-Katekiżmu

  • It-Tnejn, l-Erbgħa, l-Ħamis u l-Ġimgħa fil-5.00pm

Attivitajiet Ġenerali li jsiru Matul is-Sena

  • Live-Ins bit-tfal f’Wied il-Għajn u Birżebbuġia
  • Baħar matul il-ġranet tas-sajf
  • Tisjir fil-qasam

Informazzjoni biex Tikkuntatjana

Indirizz:
MUSEUM BNIET,
231, Triq Sant Ursola,
Valletta, Malta