Qormi Qasam Nru 7B
– Il-Qasam Qormi B infetaħ fis-sena 1940 fi żmien il-Kappillan Dun Alwig Psaila. Assunta Zahra kienet iddelegata biex tmexxi bħala superjura. L-ewwel soċji kienu Grazzja Borg, Bibjana Borg u Gużeppa Agius. Gużeppa kienet refugjata mill-Marsa. Xi żmien wara, is- superjura Assunta talbet ir-riżenja mill-kariga tagħha u minflokha intbagħtet Mary Psaila, soċja minn Birkirkara, bħala superjura proviżorja. Is-superjura Mary damet biss għall-ftit taż-żmien u warajha, il-kariga ngħatat f'idejn Ġuża Cachia, soċja intena mill-Ħamrun, li kienet għamlet snin prefetta fl-istess Qasam u din damet tmexxi għal madwar 6 snin. ll-lokal tal-Qasam VII B kien fi Triq 1-Armier u kien jaqdi fill-parroċċa ta' San Bastjan. Sa dan iż-żmien, f'xi ġranet tal-ġimgħa, is-soċji taż żewġ Oqsma ta' Ħal Qormi kienu jagħmlu l-Assenjatur flimkien, daqqa f'Qasam u daqqa f'ieħor. L-istess il-klassijiet ta' formazzjoni, f'xi ġranet kienu jingħaqdu flimkien. lż-żewġ Oqsma kienu aktar Qasam wieħed maqsum f'żewġ lokalitajiet milli żewġ Oqsma separati. Għall-grazzja t' Alla, in-numru tas-soċji miż-żewġ parroċċi beda jikber ġmielu u għalhekk inħass il-bżonn li ż-żewġ Oqsma jinfirdu għal kollox minn xulxin. Carmela Borg, li kienet tmexxi l-Qasam tal-parroċċa ta' San Ġorġ intbgħatet bħala superjura tal-Qasam B u magħha marru s-soċji Grazzja Borg u l-aħwa Polly u Verginia Camilleri. Issa, iż-żewġ Oqsma kienu aktar awtonomi. L-ewwel soċji li nkorporaw fil-Qasam B wara li saret il-qasma mill-Qasam ta' San Gorg, kienu Marija Schembri, M' Anna Felice u Polly Borg. Il-lokal tal-Qasam B kien u għadu fi Triq l-Armier. Madwar is-sena 1959, is-sinjuri Ġovanni Maria Ciappara u Grazzja Briffa, taw lis-Soċjeta biċċa art fi Triq San Edwardu. F'dik l-akwata kien qiegħed jitla' l-bini ġdid u kien qed jimtela' b'familji żgħażagħ u għalhekk kienet tinħass il-ħtieġa tat-tagħlim tad-duttrina lit-tfal. Benefattur ieħor, Carmelo Borg, silef garaxx lill-Qasam biex fih issir id-duttrina sakemm jinbena l-lokal il-ġdid. F'Settembru 1962 is-Superjur Ġenerali, Ewgenio Borg, żar il-Qasam bil-ħsieb li jippjana l-bini tal-Qasam il-ġdid. Il-bini beda f'Dicembru 1962 u bit-tħabrik ta' l-imgħallem u benefattur, Carmelo Borg, u ta' bosta benefatturi oħra l-bini tlesta f'Awissu 1963. Il-Qasam infetaħ u tbierek fl-10 ta' Awissu ta' l-istess sena. Inħass il-bżonn ta' kappella kbira fuq, u din bdiet tinbena f' Awissu 1964 u tlestiet u tbierket fit-2 t'Ottubru ta' l-istess sena. Govanni Maria Ciappara ħallas ix-xogħol tal-ġebel u Amante Borg ħallas l-ispejjeż kollha ta' l-installar ta' l-elettriku. Minn Jannar ta' l-istess sena 1964, fil-Qasam bdew isiru l-Ezerċizzi Spiritwali għas-soċi ta' l-istess Qasam u ta' Oqsma oħra tal-viċin. Dawn l-eżerċizzi baqgħu jsiru sa 1-1982 meta bdew isiru għas-soċi kollha fil-Qasam Ġenerali, l-Blata l-Bajda. Meta l-post il-ġdid ta' Triq San Edwardu beda jintuża, xi soċi sabu diffikulta biex ta' kuljum jitilgħu l-Qasam il-ġdid, minħabba li kien imbiegħed sew mill-post l-ieħor fejn kienet għadha ssir id-duttrina. Sadanitant, il-post ta' Triq l-Armier ittieħed lura mis-sid u f'Ottubru 1964 inkera post ieħor fi Triq San Rokku. Biex ikunu moqdijin kemm it-tfal kif ukoll is-soċji, f'Ottubru 1964, tliet soċji u kandidata flimkien ma' l-ex superjura Assunta kienu assenjati għal-lokal ta' San Rokku. Dan kien il-bidu tal-Qasam VII C. Is-superjura Carmela Borg damet tmexxi l-Qasam VII B sa Settembru 1966 meta kellha tmur l-Amerika għand membri tal-familja tagħha. Minflokha saret Spira Degiorgio, soċja mill-Qasam Qormi A li damet tmexxi l-Qasam sa Jannar 1991. Warajha saret Mansy Cutajar, soċja miż-Żurrieq. Fil-Kapitlu Ġenerali ta' l-1994, is-superjura Mansy ġiet eletla membru KEG u għalhekk ma setgħetx tkompli bit-tmexxija tal-Qasam. Fit-3 t' Awissu 1994, il-Qasam VII B kellu bħala superjura lil Tessie Baldacchino, soċja mill-istess Qasam. Is-superjura preżenti llum hija ____________________________________________________________. Data importanti fl-istorja tal-Qasam VII B hija t-3 ta' Ġunju 1979 meta bdiet issir quddiesa kull nhar ta’ Ħadd għal-pubbliku fil-kappella, u f'Ottubru ta' l-istess sena bdiet issir quddiesa kuljum. Ta' min ifakkar ukoll it-28 ta'Novembru 1985, meta s-Superjura Ġenerali, Hilda Chircop, żaret il-Qasam għall-ewwel darba bħala Superjura Ġenerali u waqt il-programm ta' l-okkazjoni, is-Superjura Ġenerali ġiet ippreżentata bid-dokument tal-barka tal-Papa Ġwanni Pawlu ll. Data oħra importanti hija s-sena 1989 meta kien iċċelebrat il-25 anniversarju minn meta kien inawgurat il-Qasam il-ġdid fi Triq San Edwardu. Il-Qasam Qormi B kien u għadu Qasam attiv u ħaj b'numru, għalkemm mhux kbir, ta' żgħażagħ. Minn dan il-Qasam ħarġu soċji missjunarji f'Malta kif ukoll fl-esteru, superjuri ta' Oqsma u membri fl-Eżekuttiv Ġenerali. Nittamaw li l-Mulej ikompli jbierku u jkattru fin -numru tal-membri għall-gid tal-poplu tiegħu.