Birkirkara B

Ftuħ tal-Qasam

L-ewwel Qasam ta' Birkikara B infetaħ fis-7 ta' Settembru 1972.

Superjuri

  • Gulia Galea
  • Carmen Vella
  • Mary Spiteri

Soċi li ħallew impatt fil-Qasam

Diversi huma is-soċi li ħallew impatt fil-qasam, fosthom Mary Demicoli, u soċi anżjani li kienu ta' eżempju tajjeb għan-nies ta' madwarhom.

Attivitajiet fil-Qasam

  • Il-bini tal-qasam li sar 1972, meta xi wħud mis-soċi telqu mill-qasam ta’ B’kara A biex jibdew jagħtu sehemhom f’dan il-qasam Ġdid
  • Meta tpoġġiet il-Madonna fil-bitħa tal-Qasam u ġiet mbierka minn Mons. Arċisqof Ġ.Mercieca.
  • Għeluq il-ħamsa u għoxrin sena tal-Qasam fejn kien hemm quddiesa ta’ ringrazzjament li għaliha attendew diversi soċi minn oqsma differenti.

Ġranet u Ħinijiet tat-Tagħlim tal-Katekiżmu

  • It-Tnejn u l-Ħamis mill-5.15pm sas-6.00pm
  • l-Erbgħa u l-Ġimgħa mill-5.15pm sas-6.00pm

Attivitajiet Ġenerali li jsiru matul is-sena

  • Diversi laqgħat għall-Ġenituri kemm ta’ formazzjoni u ta’ informazzjoni.
  • Jum il-Ġenituri
  • Toħroġ it-Translazzjoni mill-qasam għall-Knisja tal-Vitorja xi ġranet qabel il-festa tal-Vitorja.

Informazzjoni Biex Tikkuntatjana

Indirizz:
MUSEUM BNIET,
94, Triq il-Vitorja,
B’Kara, Malta

Tel: (+356) 21499023
Email: marlenecalleja2000@yahoo.com