Mosta
Ftuħ Tal-Qasam
Il-Qasam tal-Mosta beda jopera fi żmien il-ġwerra, fi Frar tal-1941. Fost in-nies li ħarġu mill-Kottonera u marru jfittxu refuġju xi mkien ieħor kien hemm is-soċja Feliċita Pisani minn Bormla. Bil-permess tal-Arċipriet Dun Karm Sciberras, Feliċita tat bidu għal dan il-Qasam. Kienu jinżlu xi soċji min-Naxxar u kienu jagħmlu l-laqgħat flimkien mas-superjura Feliċita. Fil-bidu s-soċji kienu jiltaqgħu f'dar fi Triq San Anton, illum Triq Santa Anna. Hawn damu sentejn biss, sakemm bdew jiltaqgħu f'dar fi Triq l-Oratorju. Għamlu xi żmien jiltaqgħu fil-Kappella ta' San Anton sakemm krew post fi Sqaq numru 1 fi Triq l-Oratorju. Kien f'dan il-post li beda jsir it-tagħlim tad-duttrina lit-tfal.
Superjuri
- Feliċite Pisani minn Bormla, kienet refuġjata l-Mosta, fi żmien il-gwerra - 1941 -1969.
- Ġużeppa Bezzina - 1969 – 1982 (Mosta)
- Miriam Bartolo - 1982 – 1995 (Burmarrad)
- Mary Grace Farrugia - 1995 -1998 (Qormi A)
- Anna Briffa - 1998 – 1999 (St. Venera)
- Agnes Sapiano KER - 1999 -2000 (Msida)
- Tessie Apap - 2000 – 2007 (Lija)
Soċi Li Ħallew Impatt Fil-Qasam
Karmena Sciberras (oħt Kelina) ħalliet id-dar tagħha lis-Soċjetà għat-tagħlim Nisrani
Attivitajiet Ġenerali Li Jsiru Matul Is-Sena
- F’April 1991 saru diversi attivitajiet fl-okkażżjoni ta’ għeluq il-50 sena mill-ftuħ tal-Qasam, fosthom Quddiesa ċ-Ċelebrata minn Mons. Laurence Gatt flimkien ma’ xi saċerdoti oħra.
- Fit-30 ta’ Novembru 1993, l-Eċċellenza tiegħu, l-Arċisqof, Mons. Ġużeppi Mercieca żar il-qasam bħala parti mill-Viżta Pastorali li għamel fil-Mosta.
- F’Jannar 2003, iċ-ċelebrajna s-60 sena anniversarju mill-Inkorporazzjoni tas-soċja Rita Buhagiar. Il-Quddiesa ta’ ringrazzjament saret fil-Qasam tal-Mosta minn Mons. Bartilmew Bezzina.
- 10 ta’ Frar 2006 saret quddiesa ta’ Ringrazzjament minn Mons. Bartilmew Bezzina fil-MUSEUM f’għeluq il-25 sena anniversarju mill-Inkorporazzjoni ta’ Tessie Calleja. Kienu mistiedna l-familja ta’ Tessie Calleja u l-oqsma tan-Naxxar, Mellieħa u Għargħur, flimkien mas-Superjura Ġenerali Phyllis Falzon, l-Primarja Rose Schembri u l-KER tal-Qasam is-Superjura Geata Saliba.
- 2 ta’ Ottubru 2006 saret laqgħa għall-katekisti kollha tal-Mosta fil-Qasam, tikkonsisti f’Adorażżjoni, laqgħa u bibita mill-Arċipriet.
- Fl-1 ta’ Marzu 2007 saret quddiesa ta’ ringrazzjament fil-knisja tal-Mosta f’għeluq il-100 sena tas-Soċjetà.
Ġranet U Ħinijiet Tat-Tagħlim Tal-Katekiżmu
- It-Tnejn u l-Erbgħa - Year 1 sa Year 6 mill-5:00pm sas-5:45pm
- Il-Ħamis, il-Ġimgħa, s-Sibt u l-Ħadd - Year 6 sa Form 5 mill-5:00pm sas-6:00pm
- Logħob – Year 6 sa Form 5 mis-6 :00pm sas-6 :30pm
Attivitajiet Ġenerali Li Jsiru Matul Is-Sena
- Tagħlim tal-katekiżmu kuljum għat-tfal, tfajliet u soċi.
- Irtir fil-qasam tan-Naxxar kull l-ewwel Ħadd ta‘ kull xahar.
- Animazzjoni tal-Quddiesa bil-kant, il-Ħadd darba f’xahar, fil-parroċċa tar-Rotunda.
- Laqgħat għall-ġenituri tat-tfajliet ta’ formazzjoni, darba kull tlett xhur.
- Ċerimonja tad-Domna tal-Karmnu għat-tfal ta’ l-Ewwel Tqarbina.
- Ċerimonja tad-Domna tal-Madonna Mirakoluża għat-tfal tal-Griżma.
- Seminar ta’ nofs ta’ nhar għat-tfal ta’ l-Ewwel Tqarbina u tal-Griżma, darba f’sena.
- Jum il-Familja – 'Mother’s Day'.
- Reċti mit-tfal u t-tfaljiet għall-ġenituri u Premjazzjoni tal-Bambini fil-Milied.
- Parties tal-Milied, Preċett u Griżma.
- Ġimgħa laqgħat għall-ġenituri, f’Jannar ta’ kull sena.
- Ħarġa kull nhar ta’ Ħadd mit-3:00pm sas-6:00pm fix-Xitwa u mill-4:00pm sas-7:00pm fis-Sajf.
- Live-in ta’ jumejn għat-tfajliet u għas-soċi darba f’sena Għawdex.
- Tindif tal-qasam – darba f’ġimgħa.
- Tagħlim tal-kitarra, darba f’ġimgħa.
Informazzjoni Biex Tikkuntatjana
Indirizz:
MUSEUM BNIET,
44 Triq il-Pont,
Mosta, Malta
Tel:(+356) 21438819