Gudja - Qasam Nru 10
– Dan il-Qasam infetaħ fit-2 ta’ Marzu 1915 bil-permess tal-Kappillan Dun Alfons M. Gauci. Il-bidu tiegħu kien jipprometti ħafna għax fis-16 ta’ Lulju 1915 inkorporaw 27 soċja. Dak iż-żmien ma kienx hemm limiti ta’ eta għall-inkorporazzjoni. Sitta ipperseveraw fis-Soċjeta; tlieta daħlu sorjiet. Fil-bidu tal-ħidma f’din il-parroċċa kienu jiġu xi soċji interni biex jikkoperaw mas-soċi tal-Gudja u jagħmlulhom kuraġġ. Dawn kienu Anna sciberras (’il quddiem saret Reġġenta), Lukarda Caruana u Ġeralda Magri. Fl-ewwel żminijiet, il-Qasam biddel ħdax-il lokal. L-ewwel superjura kienet Konċetta Barbara, wara li rriżenjat is-Superjura Ġenerali Giovanna Cutajar fl-1923 innominat lil Pietra Barbara. Wara, peress li ma setgħetx tkompli, fl-1937 ntgħażlet Angela Farrugia u din damet tmexxi għal tnejn u tletin sena. Wara ħafna tibdil fil-lokal krew dar fi Triq Dun Ċiru u fiha damu għoxrin sena. F’dan iż-żmien spiss kien jiġi l-Fundatur jagħmel xi konferenza u n-nies kienu jattendu numerużi. Il-Kappilln ta’ dak iż-żmien, Dun anton Rapa, tant ħabrek biex jara jixxettlu vokazzjonijiet u għall-grazzja ta’ Alla matul il-ħdax-il sena li dam fil-Gudja, inkorporaw ħames soċji. Waħda minnhom Tessie Sghendo fit-23 ta’ Awissu 1954, ingħaqdet mas-soċji interni. Peress li s-sid kull bżonn id-dar sabu dar oħra fi Triq Annunzjata nru 13-14. F’Marzu 1961 is-soċjeta xtrat id-dar u hekk fl-aħħar il-Qasam tal-Gudja kellu lokal tiegħu. F’Jannar 1961 saret Sajda Museumina. F’Ġunju 1965 sar programm ta’ Ġimgħa Attivitajiet f’għeluq il-50 sena mit-twaqqif tal-Qasam fil-parroċa. Minħabba li s-superjura Angela Farrugia ma setgħetx tattendi regolarment is-Superjura Elvira Ellul ħasset il-ħtieġa li taħtar superjura proviżorja. Fis-26 a’ Ġunju 1968, is-soċja Cristina Spiteri saret tmexxi l-qasam. Illum is-superjura preżenti hija Tessie _________. Fis-6 ta’ Jannar 1981 inħass il-bżonn li jsir tibdil strutturali fil-Qasam, b’mod speċjali it-tkabbir tal-kappella. Dan seta’ jsir bil-għajnna tas-soċji u ta’ xi benefatturi, wara appell li sar mill-Kappillan Kan. Vinċenz Balzan. Aktar tibdil sar fl-1987. Issa l-Qasam hu dar sabiħa u xierqa tassew għat-tagħlim tal-Kelma ta’ Alla. Fl-10 ta’ Novembru 1985, ġiet organizzata Ġimgħa Attivitajiet f’għeluq is-sebgħin sena mill-ftuħ tal-Qasam. Il-programm kien jinkludo diversi attivitajiet, fosthom quddiesa konċelebrata li fiha ħadu sehem saċerdoti u li tmexxiet mill-Assistent Ekkleżjastiku tas-Soċjeta Mons. Lawrence Gatt. Fil-preżent dan il-Qasam hu megħjum minn soċji ta’ Oqsma oħra li fih isiru spiss attivitajiet u laqgħat regolari għaż-żgħażagħ. Jeżiesti wkoll grupp ta’ koperaturi li jatendu numerużi għal-laqgħat li jsiru għalihom. J’Alla l-Mulej ikompli ibierek dan il-Qasam billi jxettel fil-Qasam vokazzjonijiet ġodda biex jiġu milħuqa aħjar it-tfal u ż-żgħażagħ ta’ dan ir-raħal li qiegħed jikber dejjem aktar.