Mellieħa Qasam Nru 30 –

Il-Qasam tal-Mellieħa infetaħ fis-16 ta' Jannar 1944. Il-kappillan ta' dak iż-żmien, Dun Andrea Fenech, tahom permess jużaw waħda mill-kmamar li hemm fil-bitħa tas-Santwarju. L-ewwel superjura tal-Qasam kienet Anna Parnis, soċja minn Birkirkara. Tlett ijiem wara l-ftuħ tal-Qasam inbeda t-tagħlim tat-tfal. Kienu jattendu biss tfal li jkunu ġa għamlu l-Griżma għax it-tagħlim taż-żgħar kien f’idejn is-sorijiet. Għal xi żmien, ukoll it-tagħlim tat-tfal ta' formazzjoni kellu jieqaf minħabba li s-superjura ma felħitx titla' iżjed minn Birkirkara. Iżda provi denzjalment ġara li fil-15t' April 1946, il-kappillan inbidel u sar minfloku Dun Frangisk Xuereb li kellu tliet ħutu bniet soċji. Dawn marru jgħixu l-Mellieħa mal-familja. Waħda mill-aħwa Xuereb, Carmela, tpoġġiet bħala superjura proviżorja tal-Qasam. Dik il-ħabta kienu madwar 20 membru bejn soċji u tfajliet. Fl-1947 saret l-ewwel ~erimonja ta' sitt Kandidati u fil-Milied ta' 1-1948, tlieta minnhom, Pawla Sciberras, M'Anna Sant u Maria Borg, inkorporaw soċji. Iċ-~erimonji baqghu dejjem isiru tant li fl-1951, fil-Qasam kien hemm tnax-il soċja. Fl-1958 ġiet magħżula superjura, b'elezzjoni, is-soċja Nazzarena Xuereb u din damet tmexxi l-Qasam sa 1-1967, meta flimkien mal-familja, marret toqgħod in-Naxxar. Minflokha inħatret superjura s-soċja Pawla Sciberras. Sadanittant il-Qasam kien għadu juża l-kmamar tas-Santwarju, iżda fl-l0 ta' Frar 1983, inxtara l-post 33/34, Triq il-Kappillan Magri u fis-17 ta' l-istess xahar sar l-ewwel Assenjatur ġo dan il-post il-ġdid. Iżda, fl-1987 din id-dar kellha bżonn ħafna tiswijiet. Sakemm dawn saru, id-duttrina u l-Assenjatur bdew isiru fid-dar ta' Marija Vella, waħda mis-soċji tal-post. Id-dar tal-Qasam kienet lesta għall-użu fl-1989. F'Lulju ta' l-istess sena, s-superjura Pawla, li tant irsistiet biex il-Qasam ikollu lokal xieraq, talbet ir-riżenja mill-uffiċċju tagħha, minħabba saħħitha. Is-Superjura Ġenerali aċċettat ir-riżenja tagħha u għażlet lis-soċja Helen Sciberras, minn Ħal Lija, bħala superjura provizorja tal-Qasam. Għalkemm ix-xogħol il-kbir tat-tiswija tal-post kien sar, kien għad fadal aktar xogħol ta' manutenzjoni xi jsir. Kif dan tlesta, sar il-ftuħ uffiċjali u t-tberik tal-Qasam. Kien il-Hadd, it-12 ta' Mejju 1991. Fost attivitajiet oħra għall-okkazjoni, saret ġimgħa ta' laqgħat għan-nies kollha tal-Mellieha. Għalkemm is-soċji tal-Mellieha qegħdin javvanzaw fl-eta', dawn għadhom jagħtu l-kontribut siewi tagħhom. Jinħtieġ, iżda li jinbtu vokazzjonijiet ġodda fil-Mellieħa biex jagħtu daqqa t'id fix-xogħol tal-Qasam. Nitolbu lil Alla biex iqajjem vokazzjonijiet ġodda fost it-tfajliet li jattendu l-Qasam tal-Mellieħa.