Ħamrun - Qasam Nru 4

Fil-Ħamrun kien hemm skola taż-żgħar (tan-nuna) immexxija mis-Sinjorina Laura Tonna. Din wara l-iskola kienet tgħallem id-duttrina. Spiss Dun Ġorġ kien imur f'din l-iskola fil-ħin tad-duttrina, imbgħad wara kien jgħallem lil xi tfajliet li kienu jkunu hemmhekk. Il-Fundatur għażel lil Laura biex tkun superjura imma din wara xi sena la baqgħet tgħallem l-iskola u lanqas baqgħet tmur il-MUSEUM, u għalhekk Dun Ġorġ għażel lil Assunta Schembri tfajla ta' 17-il sena biex tkompli x-xogħol hi. Il-lokal kien l-istess terran fejn kient l-iskola, nru 1, Triq S. Giovanni. Dan kien għas-sena 1921 fi żmien il-Kappillan Dun Ġużepp Muscat. Il-mebri malajr żdiedu u kien hemm disa' soċji, waqt li kandidati kienu ħmistax-il waħda u daqstant ieħor magħżulin. Hekk beda l-Qasam tal-Bniet tal-Ħamrun. Diversi Superjuri L-Assenjatur kien isir fi Triq Villambrosa waqt li kellhom fergħa tad-duttrina f'St Peter's Alley li wara ġiet trasferita f'St Thomas Street. Assunta Schembri damet biss sentejn billi marret soċja ma' l-interni. Anke superjura ta' warjaha Virginia Aquilina wkoll marret ma' l-interni, wara tliet snin tmexxi l-Qasam. Wara, fl-1917, saret superjura Marija Camilleri. Kemm-il darba dan il-Qasam kellu jibdel il-lokal. Minn Villambrosa għal St Gaetan Street, u wara għal Brighella Street. Hawn kellhom diffikultajiet kbar għax il-Gvern ħadilhom nofs il-Qasam għal xi familji. Ma setgħux ikomplu hekk, u għalhekk krew post nru 18. Barth Street, li mbgħad inxtara mis-Soċjeta. Matul is-snin 1949 u l-1951, Dun Ġorġ kien imur wara l-Assenjatur biex jikteb xi kotba u jsib l-għajnuna tas-soċji. Fit-28 ta' Settembru 1962, dan il-Qasam fakkar il-ħamsin sena mill-ftuħ tiegħu. Storja Aktar Riċenti F'Ottubru 1965, is-soċja Mary Psaila mill-Qasam ta' B'Kara bdiet tmexxi dan il-Qasam minflok Marija Camilleri li kienet ilha superjura mill-1917. F'Diċembru 1973 is-superjura Mary Psaila ġiet trasferita għal B'Kara u wara votazzjoni li saret fil-5 ta' frar 1979 ġiet magħżula s-soċja Carmen Vella mill-istess Qasam. Fl-24 ta' Frar 1979 dan il-Qasam ġie trasferit għal nru 102, Vilambrosa Street fejn jinsab illum. Ftit snin wara jiġifieri fit-12 ta' Novembru 1985, il-Qasam fetaħ fergħa f'Barbara Street fejn għadha ssir id-duttrina sa llum. B'hekk dan il-Qasam jieħu ħsieb it-tfal taż-żewġ parroċċi tal-Ħamrun. Il-Qasam imbgħad ġie imexxi mis-superjura Ġuża Cilia, soċja mill-istess Qasam peress li s-superjura Carmen Vella ġiet trasferita għall-Qasam ta' B'Kara B fl-1989. Meta f'Settembru 1992 is-superjura Ġuża Cilia intbagħtet tmexxi l-Qasam tas-Siġġiewi is-Superjura Ġenerali għażlet lis-soċja Carmen Farrugia mill-istess Qasam bħala superjura partikulari, li għadha fit-tmexxija sal-lum. Kienu diversi -membri li ħarġu minn dan il-Qasam kemm bħala reliġjużi, kif ukoll biex jgħinu f'Oqsma oħra. Jalla dan il-Qasam ikompli jikber fin-numru tal-membri u fuq kollox fil-qdusija biex jibqa jkun strument ta' tixrid tas-Saltna ta' Alla.