Żebbuġ

Ftuħ tal-Qasam

Il-Qasam ta’ Ħaż-Żebbuġ infetaħ fl-1917, Dun Ġorġ kien ħajjar lis-soċji rġiel ta’ Ħaż-Żebbuġ biex iħajjru lil ħuthom xebbiet ħalli huma wkoll jidħlu fis-Soċjeta tal-MUSEUM. Fil-fatt insibu li fost l-ewlenin soċji ta’ dan il-Qasam kien hemm Marianna Cilia u Elena Debono li t-tnejn kellhom ħuthom irġiel soċji. L-ewwel laqgħa saret fid-dar tal-familja ta’ Elena Debono. L-ewwel dar tal-Qasam kienet f’nru. 61, Triq Mamo. Minħabba diversi diffikultajiet, is-soċji kellhom jibdlu d-dar tnax-il darba. Fis-sena 1928 l-Assenjatur kien isir għand is-soċja Carmela Camilleri u fis-snin iebsin tat-Tieni Gwerra Dinjija u wkoll għal madwar tmien snin is-soċji kienu jiltaqgħu għand is-soċja Filomena Attard. Wara tant ġiri minn dar għall-oħra fid-19 ta’ Marzu 1962, il-providenza divina pprovdiet id-dar nru. 5 Triq l-Knisja. Din id-dar ġiet imħollija lis-Soċjeta mis-soċju Filippu Abela. Il-Qasam ġiet stabbilt hemmhekk. Għalkemm f’dan il-Qasam dejjem kien hemm klassijiet ta’ wara l-Griżma, it-tagħlim tad-duttrina lill-klassijiet taż-żgħar ma kienx f’idejn is-soċji tal-Qasam iżda f’idejn is-sorijiet Franġiskani. Kien fl-1950 li l-Arċipriet Dun Lawrenz Zammit talab lis-Superjura Margerita Schembri biex is-soċji jibdew jgħallmu fil-Kappella ta’ Ħal Muxi. Is-superjura bagħtet ħames soċji biex jgħallmu f’dik iż-żona. Aktar tard, is-soċji ġew mitlubin minn Dun Ġużepp Caruana biex jgħallmu xi klassijiet tal-Grizma. Fil-preżent is-soċji qed jgħallmu fil-Qasam u fiċ-Ċentru tal-Madonna tal-Grazzja.

Superjuri

  • M’Anna Cilia
  • Margareta Schembri
  • Elena Cachia
  • Donia Baldacchino
  • Nicholina Micallef
  • Anna Briffa
  • Guza Cilia
  • Pauline Dimech

Soċi li Ħallew Impatt fil-Qasam

Lourdes Bonnici u Elena Cachia

Dun Ġorġ u l-Kuntatt Tiegħu mal-Qasam

Dun Ġorġ ġieli ġie fil-qasam meta l-Museum kien għadu fil-post l-antik.

Attivitajiet fil-Qasam

  • Laqgħat għall-ġenituri tat-tfal tad-duttrina
  • Laqgħat għall-ġenituri tat-tfajliet ta’ Formazzjoni
  • Mothers’ Day Concerts
  • Christmas Concerts

Ġranet u Ħinijiet tat-Tagħlim tal-Katekiżmu

  • Mill-Kinder sa Year 4 (Sena ta’ Katekeżi 1-3)
    Nhar ta’ Tnejn u l-Ħamis mill-5.30pm sas-6.30pm
  • • Year 5 ’l fuq (Sena ta’ Katekeżi 4-6)
    Nhar ta’ Erbgħa u l-Ġimgħa mill-5.30pm sas-6.30pm
  • Il-klassijiet mill-Year 5 ’il fuq ikollhom is-Sibt u l-Ħadd ukoll.

Attivitajiet Ġenerali li Jsiru Matul is-Sena

  • Tħejjija tas-Sagramenti - l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma ta’ l-Isqof.
  • Passiġġati fix-Xitwa maż-żgħażagħ u għawm fis-Sajf.
  • Mawra sa Għawdex fis-Sajf għat-tfajliet u soċi.
  • Seminar għat-tfal tal-Griżma.
  • Laqgħat għall-ġenituri bi preparazzjoni għas-Sagramenti ta’ l-Ewwel Tqarbina u tal-Griżma.
  • Laqgħat għall-ġenituri tat-tfajliet/tfal li jattendu l-qasam.

Informazzjoni Biex Tikkuntatjana

Indirizz:
MUSEUM BNIET,
4/5 Triq il-Knisja,
Żebbuġ Malta

Minħabba xogħol estensiv li qed isir f’din id-dar, bħalissa t-tagħlim tad-duttrina qed isir f’Villa San Filep.

Tel: (+356) 21465735

Mobile: 79423113

Email: pdimech2@hotmail.com; valeria@onvol.net; mar18@maltanet.net