Paola - Qasam Nru 1

Il-ftuħ ta’ Qasam ta' Raħal Ġdid huwa l-bidu tas-Sezzjoni Femminili tas-Soċjeta tagħna. Dun Ġorġ matul l-ewwel tleit snin li kien beda l-Musuem tal-ġuvintur f'Raħal Ġdid (li dak iż-żmien kien għadu jagħmel ma' Ħal-Tarxien) spiss kien imur għand il-familja Cutajar, billi wieħed minn din il-familja kien soċju. Ġannina Cutajar Hawn Dun Ġorġ ra lil oħt Carmelo cutajar, Ġannina, tfajla ta' sittax-il sena. Fiha ra l-persuna addattata biex permezz tagħha jagħti bidu għall-għaqda tiegħu fost ix-xebbiet. Għalhekk hu ħajjarha tibda titgħallem id-duttrina. Bil-permess tal-Kappillan Dun Salv Chircop, Ġannina bdiet tlaqqa' t-tfal. Dan kien eżattament fl-10 ta' Jannar ta' l-1910. Ma' Ġannina ingħaqdu 12-il tfajla oħra fosthom Carmela Galea u Pawlina abela li fil-ftt it-tnejn damu ħajjin sal-1979. L-ewwel lezzjonijiet kienu jsiru fir-remmissa u kien ikollhom iġorru l-ġebel. L-Ewwel Superjura Ġenerali Il-familja Cutajar tat għad-duttrina il-maħżen li kellha ġo Triq Sta Monika u wara tat anke dar li kellha ġo l-istess triq. Din id-dar, ġiet irrinovata u sservi ta' Qasam sa llum. Dun Ġorġ għażel lil Ġannina bħala l-ewwel superjura tal-Qasam u qabbad lis-soċji rġiel biex jgħinnuha fit-tagħlim. L-aktar wieħed li jissemma' kien Giovanni Vassallo. L-ewwel Tqarbina li ħadu ħsieb l-ewwel soċji kiene dik ta' 90 tifla (fosthom kien hemm Elvira Ellul li kellha tilħaq Superjura Ġenerali). Fil-Karnival is-soċji u l-membri żgħażagħ kienu jagħmlu tliet ijiet adorazzjoni u f'San Mikiel kienu jagħmlu l-adorazzjoni bil-lejl. Meta bdew jinfetħu aktar Oqsma, Dun Ġorġ poħħa lil Ġannina Cutajar bħala l-ewwel Superjura Ġenerali u din għażlet lil Ġulja Rizzo bħala Superjura tal-Qasam. L-Ewwel Inkorporazzjoni F'Ġunju 1912, f'dan il-Qasam saret l-ewwel inkorporazzjoni li tmexxiet minn Dun Ġorġ innifsu. Lejn tmiem il-ġwerra f'Diċembru 1942, ġew inkorporati 42 soċja. Din l-inkorporazzjoni baqgħet issir f'dan il-Qasam sal-1964, meta bdiet issir il-Blata l-Bajda. Il-laqgat mill-Fundatur għas-soċji kienu jsiru f'dan il-Qasam wkoll. Dun Ġorġ kien spiss iżur il-Qasam ta' Raħal Ġdid fejn ġieli għamel lezzjonijiet lit-tfal u anke lill-barranin fis-sqaq tal-Museum. Kemm-il darba għamel laqgħat fis-sala lill-Magħżulin u lill-Preparatorji. Fil-festa ta' San Gejtanu u f'dik ta' San Ġwann, il-fundatur kien jgħaddi ġurnata sħiħa għand is-soċji interni. F'San Ġwann kien jagħmel festa sħiħa għax is-Superjura kien jisimha Ġannina. Diversi Superjuri Fl-1924, billi s-superjura Carmela Rizzo ħalliet is-Soċjeta', laħqet flokha s-soċja Ludgarda Caruana li baqgħet sal-1931 meta ġiet magħżula membru tal-KBO. Imbgħad dan il-Qasam kellu bħala superjura lil Emilja Testa tas-soċji interni, li damet sa l-1971. Matul it-Tieni Gwerra s-soċji interni u anki esterni kienu evakwati u allura t-tagħlim tad-duttrina u l-Assenjatur kellhom jieqfu. F'dan il-Qasam baqgħu isiru biss laqgħat Ġenerali u festi tas-soċjeta'. Fl-1948, il-Kappella ta-Qasam saret Sagramentali u fit-2 ta' Frar 1956 infetħet għall-adorazzjoni bis-Sagrament espost. Ħafna kienu s-soċji li kienu jgħinu f'Oqasma oħra ħaġa li għada sa llum. Wara l-mewt tas-superjura Emilja testa, intagħżlet soċja Tessie Sghendo bħala superjura. Din damet sa Mejju 1983, meta ġiet magħżula Reġġenti tas-soċji interni. Għalhekk bħala superjura laħqet Doris Ghio, soċja esterna mill-istess qasam. Din damet sa Settembru 1986, meta ġiet magħżula Presidenta tal-Ġunta Kultura. Wara ġiet Rose Felice li ġa kienet superjura tal-Qasam Marsa B. Wara sentejn u tmiem xhur Rose maret is-Sudan u għalhekk il-Qasam għadda f'idejn it-tmexxija tas-Superjura Frances Vassallo KBO. Is-superjura preżenti llum hija ____________________________. Bil-ħidma tas-soċji ta' dan il-Qasam, infetħu l-Oqsma ta' Bormla, Tarxien, Gudja, Għaxaq, Qrendi, Marsa, Mqabba, Safi, wied il-Għajn u Fgura. J'Alla dan il-Qasam jibqa' jkun dejjem attiv għall-akbar glorja t'Alla u għall-ġid ta' l-erwieħ. Is-Soċji Interni Fl-1918 infetħet il-fergħa tas-Soċji Interni f'Raħal Ġdid. L-ewwel kienu erba' taħt it-tmexxija tas-Superjura Ġenerali Ġannina Cutajar. Sa l-1936 bidlu r-residenza tagħhom diversi drabi f'Raħal Ġdid stess, sakemm is-sur Anġlu Cutajar missier is-superjura Ġenerali li kien ukoll prokuratur tas-Soċjeta', bena l-post fejn qegħdin illum, li jmiss mal-Qasam. Bil-għajnuna ta-soċji interni u ta' Dun Ġorġ infetħet id-Dar tal-Ħanin Samaritan f'Sammat Street biex fiha jinġabru soċji li ma kellhomx min jieħu ħsiebhom. Din id-dar llum tinsab magħluqa.