Vittoriosa

Ftuħ tal-Qasam

Fil-Birgu, it-tagħlim tad-duttrina kien isir minn xi lajċi fil-Knsija ta' San Lawrenz, taħt id-direzzjoni ta' Dun Ġużepp Gleve'.

Darba waħda, Dun Ġorġ Preca mar ġo dar imsejħa Qalb ta' Ġesu', fi Triq Wenzu Dyer. Wara li għamel diskors kellem lil waħda xebba Antonia Serracino, u wara li taha biskuttel talabha biex tiġbor ftit xebbiet u teħodhom hemm biex bihom jiftaħ il-Qasam tal-Birgu. Dan kien għall-ħabta tas-sena 1932. Antonia ġabret ftit xebbiet kif kien ħajjarha tagħmel il-Fundatur u dawn bdew imorru jitgħallmu fid-dar ta' Mananni Cassano li kienet soċja u kienet fil-Qasam ta' Bormla.

Wara ftit taż-żmien irnexxilhom isibu dar f'Isirh Street u ġabu l-permess mingħand l-Arċipriet ta' dak iż-żmien, dun Ġużepp Farrugia, biex jgħallmu d-duttrina f'dan il-post ukoll. L-ewwel membri ta' dan il-Qasam kienu Antonia Serracino, Ġolina Buhagiar, Mary Cacciottolo, Mary Serracino, Delina Grima u Mananni Cassano li kienet inkarigata mit-tmexxija tal-Qasam.

Il-post beda jsir żgħir għat-tfal li kienu qed jattendu. Għalhekk instab post ikbar fi Triq il-Kunsill Popolari. Bħala superjura issa kien hemm Ġużeppa Curmi li kienet mill-Isla. Imbagħad is-superjura Ġużeppa intgħażlet biex tkun membru tal-KBO u minflokha saret Carmena Chircop mill-Isla.

Fi żmien il-gwerra il-membri tal-Qasam ma setgħux jiltaqgħu bħal qabel, iżda fl-1944, Mary Serracino u oħtha Nina reġgħu niżlu l-Birgu u komplew jgħallmu d-duttrina. Għall-Assenjatur kienu jmorru Bormla f'da imkissra bil-gwerra fi Triq San Giovanni. L-assenjatur kien isir mit-tfal li kienu jmorru mill-Kalkara u minn Bormla. Ġara, iżda li sid il-post riedu biex jirranġah u għalhekk is-soċji bdew jgħallmu fid-dar tas-soċja Nina Serracino. Is-soċja Dolor Ancilleri li qabel il-gwerra kienet kandidat l-Birgu u wara kienet tattendi fil-Qasam ta' Birkirkara reġgħet lura l-Birgu.

Mid-dar ta' Nina s-soċji tal-Qasam marru jgħallmu f'San Filippu. Iżda mbagħad is-sinjorina Rosina Soler li kienet tħobb ħafna s-Soċjeta mietet u ħalliet dar fi Triq il-Kunvent biex fiha jsir it-tagħlim tad-duttrina u l-Assenjatur. Din id-dar hi l-Qasam li għandha llum.

Superjuri

  • Marianna Cassamo
  • Guzeppa Curmi
  • Carmen Chircop
  • Mary Ellul
  • Joyce Mintoff
  • Mary Borg

Dun Ġorġ u l-Kuntatt tiegħu mal-Qasam

Marianna Cassano mill-Birgu kienet tattendi fil-qasam ta’ Bormla. Darba Dun Ġorġ mar jagħmel laqgħa fid-dar tal-Qalb ta’ Ġesu’ fi Triq San Giorgio. Hu sejjaħ lil Nina Serraċino u qalilha biex tiġbor lil dawk li jgħallmu d-duttrina (li sa dak iż-żmien kien isir mill-barranin fil-Knisja) sabiex hu jkellimhom u jagħzel xi wħud minnhom. Dun Ġorġ qal lil Marianna Cassano biex hi tibda tiġborhom u tgħallimhom.

Attivitajiet fil-Qasam

  • Plays magħmula mit-tfal stess li jattendu fil-qasam
  • BBQs għat-tfal u s-soċi fuq il-bejt tal-qasam
  • Exhibitions bix-xogħol tal-idejn magħmul mit-tfal stess

Ġranet u Ħinijiet tat-Tagħlim tal-Katekiżmu

  • Kindergarten, Preċett u Grizma 1
    Tnejn u l-Ħamis mill-5.30pm sas-6.15pm
  • Grizma 2 u Grizma 3
    Tnejn u l-Ħamis mill-4.30pm sal-5.15pm

Attivitajiet Ġenerali li jsiru matul is-sena

  • Ġimgħa ta’ tagħlim għan-nisa kollha
  • Laqgħat fi żmien ir-Randan
  • Parties għat-tfal tal-Preċett u tal-Grizma ta’ l-Isqof
  • Plays fi żmien il-Milied u fil-Mother’s Day
  • Il-Quddiesa ta’ nhar ta’ Ħadd tat-tfal tiġi animata mit-tfal stess bid-daqq tal-kitarra.

Informazzjoni Biex Tikkuntatjana

Indirizz:
MUSEUM BNIET,
3/12, Triq San Lawrenz,
Birgu Malta

Tel: (+356) 21804895